Stqarrija tal-Aġent Direttur tal-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin
pr2047
27/11/2009
| L-Aġent Direttur tal-Ħabs jirreferi għal numru | ta’ rapporti fil-mezzi tax-xandir rigward is-sentenza ta’ ħabs mgħotija l-bieraħ lil Dr. Noel Arrigo. |
| L-Aġent Direttur jġib għall-attenzjoni | tal-pubbliku li mad-dħul tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (FKK), il-priġunier in kwistjoni ġie invistat mit-Tabiba tal-Faċilità li sabitu qiegħed ibati min numru ta’ kundizzjonijiet u għalhekk irreferietu għall-Isptar Psikjatriku Monte Carmeli f’Ħ’ Attard. Meta ġie mibgħut fl-Isptar Monte Carmeli, reġa’ ġie eżaminat mis-Senior Houseman tal-għassa fl-Isptar Monte Carmeli li kkonferma u ċċertifika mill-ġdid u ordna li l-priġunier jinżamm taħt attenzjoni medika kostanti. Minħabba dan, il-priġunier in kwistjoni qed jinżamm temporanjament fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Carmeli sakemm il-kundizzjoni tiegħu tiġi certifikata li hi stabbli mill-uffiċjali mediċi tal-Isptar. Kopja taċ-ċertifikati in kwistjoni ma tistax tiġi divulgata għal raġunijiet ta’ Protezzjoni tad-Data. |
| Għar-rigward tal-użu ta’ vann mikri fit-trasport | tal-priġunier in kwistjoni mill-bini tal-Qorti lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, dan il-vann inkera mingħand il-Kumpannija Butterfy Car Rentals, wara li ntalab vann 8-seater self-drive biex jintuża fit-trasport ta’ priġunieri sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa fuq wieħed miż-żewġ vannijiet tal-Faċilità li bħalissa jinsab bil-ħsara. Ma kien hemm ebda talba għal vann ta’ tip partikolari. Din il-proċedura ġiet diġà segwita erba’ darbiet oħra s’issa din is-sena - jiġifieri kull darba li wieħed mill-vannijiet tal-FKK kien bil-ħsara. Il-vann li ntuża l-bieraħ kien ilu mikri minn nhar l-Erbgħa u għadu qed jintuża. Matul din l-aħħar kirja, s’issa ġarr mill-inqas 40 priġunier differenti. Ta’ min jgħid ukoll illi l-priġunier in kwistjoni dejjem inġarr fil-vannijiet tal-FKK tat-tip Mitsubishi fl-okkażjonijiet preċedenti kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990