Spanja se tappogja lil Malta fil-kandidatura taghha li tospita l-Ufficcju Ewropew ta’ Sostenn dwar l-Azil
| Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Spanjol | Miguel Angel Moratinos Cuyaube’ ħabbar li Spanja se tappoġġja l-kandidatura ta’ Malta sabiex tospita tospita l-Uffiċċju Ewropew ta’ Sostenn dwar l-Ażil. “Spanja tifhem il-problema ta’ Malta dwar l-immigrazzjoni illegali u għaldaqstant se tkun qed tpoġġi din il-problema bħala waħda mill-prioritajiet tal-Presidenza Spanjola tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel sitt xhur tas-sena id-dieħla. Irridu nġibu riżultati konkreti f’dan ir-rigward. Il-Frontex se tingħata rwol ġdid sabiex tkun iktar effiċjenti. Il-Presidenza Spanjola se tkun f’kuntatt mill-viċin ma’ Malta, Greċja u Ċipru biex flimkien nsibu iktar soluzzjonijiet. Il-proġett pilota tal-Unjoni Ewropea li nħoloq wara pressjoni ta’ Malta qed jaħdem iżda issa jmiss li nibnu fuqu” stqarr il-Ministru Moratinos. |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Dr Tonio Borg, f’isem il-poplu Malti rringrazzja lil Ministru Spanjol għal impenn ta’ pajjiżu f’dan ir-rigward. |
| Dan | tħabbar ftit wara li ġew iffirmati sitt ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Il-ftehim huma riżultat ta’ xhur sħaħ ta’ ħidma | u diskussjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, hekk kif ġew iffirmati il-ftehim, il-Viċi Prim Ministru esprima s-soddisfazzjon tiegħu għar-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u Spanja. Dawn il-kisbiet se jkunu qed isaħħu u jkattru l-koperazzjoni bilaterali fuq numru ta’ setturi importanti bejn dawn iż-żewġ stati membri. |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Tonio Borg qal li Malta u Spanja għandhom jaqsmu bejnithom esperjenzi u viżjoni komuni fuq għadd ta’ kwistjonijiet li huma ta’ importanza għalihom. Matul it-taħditiet li saru fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borg qal li ż-żewġ partijiet iddiskutew il-mod ta’ kif se jsaħħu l-investiment u l-kummerċ bejniethom u jiffaċilitaw iktar l-opportunitajiet għall-iktar investimenti u xogħol bejniethom. |
| Il-Ministru Moratinos innota li Malta u Spanja | għandhom ikomplu jaħdmu iktar mill-qrib fis-settur turistiku. Minkejja li kien hemm tnaqqis fit-turiżmu fl-aħħar sena, ta’ min jinnota li t-turisti minn Spanja żdiedu fl-aħħar sena. Dan huwa riżultat ta’ rotot ġodda tal-ajru bejn Malta u Spanja. |
| Spanja se jkollha l-Presidenza tal-Unjoni | Ewropea fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Dwar dan il-Viċi Prim Ministru enfasizza l-isfidi li għandha Malta u appella għall-koperazzjoni ta’ Spanja biex tgħin lill-Malta fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali. |
| Dawn | is-sitt ftehim iffirmati llum jindirizzaw diversi setturi, fosthom l-investiment, il-kultura u l-edukazzjoni. Il-Ministeru ffirma wkoll ftehim ta’ koperazzjoni mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Spanja. Flimkien ma’ dawn il-kisbiet, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffirma dikjarazzjoni konġunta biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri. |
Il-Ftehim iffirmati huma dawn:
| Memorandum of Understanding | fuq it-twaqqif ta’ Kumitat Konġunt bejn Malta u Spanja fuq il-Merkanzija tal-Baħar (Merchant Shipping). Dan l-arranġament se jkun qed jindirizza l-possibbilta’ għal koperazzjoni f’fora internazzjonali fuq materji relatati ma’ affarijiet marittimi u l-possibiltajiet ta’ riċerka, koperazzjoni fuq taħriġ fit-trasport marittimu, is-sigurta’ marittima, il-protezzjoni tal-ambjent marittimu, kif ukoll materji oħra relatati mas-settur tal-baħar. |
| Koperazzjoni bejn l-Iskola Diplomatika Spanjola | u l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC). Dan se jkun qed iwassal għall-iktar possibbiltajiet ta’ taħriġ għad-diplomatiċi taż-żewġ pajjiżi. |
| Ftehim dwar Programm ta’ Koperazzjoni fl-oqsma | tal-Kultura, l-Edukazzjoni u x-Xjenza għas-snin 2009-2012. L-ewwel ftehim li kien iffirmat bejn Malta u Spanja kien fl-1976 u minn dakinhar ‘l hawn ir-rabtiet bejn dawn iż-żewġ pajjiżi issaħħu fl-oqsma tal-edukazzjoni, kultura u x-xjenza. |
| Memorandum of Understanding | dwar il-Koperazzjoni fis-settur tal-Wirt Kulturali. Dan se jkun qed jippermetti skambji ta’ nies esperti fis-settur, ta’ dokumenti u materjali marbuta mal-mużewijiet. Kif ukoll koperazzjoni fl-oqsma tal-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-promozzjoni tal-kultura u t-turiżmu marbut ma’ dan is-settur partikolari. |
| Memorandum of Understanding | dwar l-arkivji bejn Malta u Spanja. Dan se jkun qed jippermetti it-twaqqif ta’ proġetti marbuta mal-arkivji; mat-teknoloġija moderna f’dan is-settur li tgħin biex ikun hemm iktar skambji ta’ materjali arkivjati f’forom moderni. |
| Ftehim dwar Programm ta’ Skambji bejn iż-żewġ | pajjiżi fuq Language Assistants. Dan se jgħin sabiex jitfasslu programmi li jsaħħu l-għaqda fil-ħidma bejn iż-żewġ Lingwi. |
Economic Indicators
Malta – Spain Comparative Economic Indicators
SELECTED ECONOMIC INDICATORS | ||
Economic Indicator | Malta | Spain |
Population (million) | 413,627 | 45,828,172 |
Growth rate (%) | 0.4 | 0.07 |
Real GDP growth rate - 2008 (%) | 2.1 | 0.9 |
Real GDP growth rate 2009 (%) | -0.9 | -3.2 |
Unemployment Rate – July 2009 (%) | 7.2 | 18.5 |
SELECTED ECONOMIC INDICATORS | ||
Economic Indicator | Malta | Spain |
Population (million) | 413,627 | 45,828,172 |
Growth rate (%) | 0.4 | 0.07 |
Real GDP growth rate - 2008 (%) | 2.1 | 0.9 |
Real GDP growth rate 2009 (%) | -0.9 | -3.2 |
Unemployment Rate – July 2009 (%) | 7.2 | 18.5 |
Source: Eurostat
SELECTED ECONOMIC INDICATORS | ||
Economic Indicator | Malta | Spain |
Population (million) | 413,627 | 45,828,172 |
Growth rate (%) | 0.4 | 0.07 |
Real GDP growth rate - 2008 (%) | 2.1 | 0.9 |
Real GDP growth rate 2009 (%) | -0.9 | -3.2 |
Unemployment Rate – July 2009 (%) | 7.2 | 18.5 |
Source: NSO
SELECTED ECONOMIC INDICATORS | ||
Economic Indicator | Malta | Spain |
Population (million) | 413,627 | 45,828,172 |
Growth rate (%) | 0.4 | 0.07 |
Real GDP growth rate - 2008 (%) | 2.1 | 0.9 |
Real GDP growth rate 2009 (%) | -0.9 | -3.2 |
Unemployment Rate – July 2009 (%) | 7.2 | 18.5 |
| Inbound | tourists in 2008 49,497 |
| Outbound tourists in 2008 | 15,471 |
Source: NSO
Number of Spanish companies investing in Malta: 6
SELECTED ECONOMIC INDICATORS | ||
Economic Indicator | Malta | Spain |
Population (million) | 413,627 | 45,828,172 |
Growth rate (%) | 0.4 | 0.07 |
Real GDP growth rate - 2008 (%) | 2.1 | 0.9 |
Real GDP growth rate 2009 (%) | -0.9 | -3.2 |
Unemployment Rate – July 2009 (%) | 7.2 | 18.5 |
Source: NSO
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990