Left arrow Mur Lura

L-investiment tal-SR Techniks huwa wkoll frott il-kwalità tal-ħaddiema u l-livell għoli tat-taħriġ offrut f’pajjiżna

pr2038
Date Icon 25/11/2009
“Mertu tagħkom ukoll”. Hekk qal il-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, lil numru ta’ studenti li qed jattendu korsijiet marbuta mal-manutenzjoni tal-ajruplani fl-MCAST. Il-Ministru Fenech spjega li fost il-fatturi li jikkunsidraw kumpaniji bħal SR Techniks hemm ukoll il-kwalità tal-ħaddiema li joffri pajjiż u għaldaqstant il-livell ta’ taħriġ mogħti mill-istituzzjonijiet edukattivi rilevanti.
Il-Ministru Tonio Fenech spjega kif mit-twaqqiftagħha, l-MCAST kienet kruċjali biex tipprovdi ħaddiema mħarrġa li b’hekk nistgħu nattiraw lejn pajjiżna investiment ta’ kwalità fil-qasam tal-avjazzjoni. Huwa fakkar kif l-SRT għadha kif ħabbret investiment li se joħloq 350 impjieg iżda f’Malta l-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani se jkun qed ilaħħaq aktar minn 1,100 impjieg bil-preżenza tal-Lufthansa Technik, Rolls Royce, MCM u Medavia. Il-Lufthansa Technik, li llum tħaddem 515-il persuna, mistennija tikber sa 700 matul is-sentejn li ġejjin.
Il-Ministru Fenech fakkar li l-Gvern għaddejb’investiment kontinwu fl-edukazzjoni u t-taħriġ b’mod speċjali fl-MCAST, b’korsijiet akkreditati u speċjalizzati fil-manutenzjoni tal-ajruplani. Fil-preżent hemm 263 student full-time jew part-time li qed jistudjaw fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani.
Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru ħabbar li qedisiru diskussjonijiet mal-MCAST biex isir intake ġdid ta’ studenti għal ħabta ta’ Frar 2010, biex b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ taħriġ b’rabta ma’ dawn l-investimenti f’pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow