Tfal tal-iskola Primarja jiddisinjaw il-Kartolina Uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi
pr2033
24/11/2009
| Il-Prim Ministru u | s-Sinjura Gonzi dalgħodu żaru l-Iskola Primarja ta’ Santa Venera, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Tereża. Din l-iskola ntgħażlet biex tagħmel il-Kartolina Uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru, li fost l-oħrajn tintbgħat lill-Mexxejja ta’ Pajjiżi Barranin. |
| Din hija r-raba’ | sena li l-Kartolina uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru qed issir mit-tfal. |
| Waqt iż-żjara ta’ | dalgħodu, il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi ltaqgħu mat-tfal kollha tal-iskola waqt li fl-iskola kienet għaddejja attività sħiħa marbuta mal-Milied. It-tfal tal-Ħames Sena kienu qed ilestu l-Kartolina tal-Prim Ministru, kif ukoll l-e-card tal-Milied. |
| Il-Materjal kollhu | li ntuża kemm għall-kartolina kif ukoll fit-tizjin tal-Milied tal-Iskola huwa magħmul minn materjal riċiklat. |
| Fi tmiem iż-żjara, | il-Prim Ministru qal li “fid-dinja ta’ llum l-importanza tal-ambjent żdied u għalhekk anke fil-Milied nistgħu nagħmlu l-almu tagħna biex inħarsu l-ambjent filwaqt li nżejnu għal dan iż-żmien. L-inizjattiva li ħadtu intom li tirriċiklaw l-iskart billi tagħmluhom forma ta’ dekorazzjonijiet, tibgħat messaġġ ċar lill-bqija tat-tfal u lill-familji biex huma wkoll jimxu wara l-eżempju tagħkom”. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990