Left arrow Go Back

MALTA U R-RUSSJA SE JIKKOLABORAW IKTAR MILL-VIĊIN

pr2032
Date Icon 24/11/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin l-Onor Dr Tonio Borg kellu taħdtiet bilaterali illum f’Moska mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Viktorovich Lavrov.
Matul id-diskussjonijiet, il-Viċi Prim Ministruta ħarsa lejn ir-rwol ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u kif l-ekonomija Maltija evolviet fl-aħħar għoxrin sena.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg enfasizzal-bżonn li tissaħħaħ iktar ir-relazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ naħat, dan għaliex hemm potenzjal qawwi li jiżdied l-investiment dirett mir-Russja, kif ukoll li negozjanti Maltin jesploraw dak li joffri s-suq Russu. Malta tesporta lejn ir-Russja żewġ miljun ewro fis-sena u attwalment hawn 307 kumpaniji Russi reġistrati f’Malta. Fit-taħditiet ġie diskuss wkoll il-bżonn li jintlaħaq ftehim dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja li jiffaċilita aktar l-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-RussjaSergei Lavrov esprima l-gratitudni tar-Russja għal Malta fil-koperazzjoni tagħha biex ikun solvut il-każ MV ‘Arctic Sea’, il-vapur li kien rrapurtat nieqes fl-Atlantiku dan is-sajf li għadda. Lavrov stqarr f’konferenza tal-aħbarijiet li “din il-problema kienet risolta b’suċċess, u r-relazzjoni ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi ikkontribwiet għal dan.’
Fit-taħditiet issemma wkoll l-bżonn li jitħaffefil-proċess tal-viża speċjalment minħabba l-fatt li t-turisti Russi qed juru dejjem iktar interess li jiġu Malta fuq btala.
Matul iż-żjara uffiċjali li qed jagħmelfir-Russja, il-Viċi Prim Ministru Dr Tonio Borg kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Cecilia Attard Pirotta, kif ukoll mill-Ambaxxatur Malti għar-Russja Charles Inguanez.
F’din iż-żjara Dr Tonio Borg inawgura l-KonsulatMalti fir-Russja li jinsab f’’Donskaya Street’, Moska.
Warat-taħditiet uffiċjali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Dr Tonio Borg kien intervistat mill-ITAR – TASS News Agency, u iktar tard għamel intervista televiżiva mar-Russia Today Televesion Channel.

Sitwazzjoni Ekonomika fir-Russja

Attwalment, l-indikaturi ekonomiċigħall-Federazzjoni Russa jindikaw li r-rata ta’ qgħad telgħet għall-6.4 fil-mija, filwaqt li l-inflazzjoni qiegħda fuq il-livell ta’ 14.1 fil-mija. Il-Prodott Gross Domestiku per capita fl-2009 huwa stmat li jilħaq l-€10,225.
L-għadd ta’ turisti Russi li ġew Malta fl-2008kien ta’ 23,3412, żieda ta’ seba’ fil-mija fuq l-2005.
L-iktar oġġetti trasportati lejn ir-Russja minnMalta huma dawk marbuta mal-Mediċinali u l-plastik.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow