Il-Kawżi pendenti fil-Qorti ta’Għawdex jonqsu b’ 36%
pr2028
24/11/2009
| Il-Ministeru | tal-Ġustizzja u l-Intern jinnota b’sodisfazzjon it-tnaqqis fl-ammont ta’ kawżi pendenti li ġie rreġistrat ġewwa l-Qorti t’Għawdex matul din is-sena s’issa. |
| L-aktar | statistika reċenti tat-tielet kwart ta’ din is-sena turi li ġewwa l-Qorti ta’ Għawdex fl-aħħar ħames snin kien hemm tnaqqis fil-kawżi pendenti b’36% sija fil-Prim’Awla kif ukoll quddiem l-Qorti tal-Magistrati (Ċivili). |
| Fil-fatt, fejn | ħames snin ilu fil-Prim’Awla kien hemm 1,326 każ pendenti, illum dan niżel għal 862 - jiġifieri 35% inqas. Fil-Qrati tal-Maġistrati l-ammont ta’ kawżi pendenti niżel minn 236 fis-sena 2004 għal 139 fit-tielet kwart tas-sena – jiġifieri tnaqqis ta’ 41%. Fl-aħħar tliet snin sat-tielet kwart tas-sena 2009 ġew deċiżi 1,070 kawża, filwaqt li ġew irreġistrati 774 kawża ġdida. |
| B’reazzjoni għal | din l-istatistika pożittiva, l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici qal: “Irrid nirringrazzja b’mod partikolari liż-żewġ Maġistrati li hemm Għawdex li ma’ kull sena qegħdin iżidu fin-numru ta’ sentenzi maqtugħa u qed inaqqsu sew il-back-log tal-kawżi. |
| Madanakollu, din | l-istatistika mhux biss hija ċertifikat għall-Qorti t’Għawdex, iżda hija in parti wkoll frott tal-ħidma kontinwa tal-Gvern biex iżid l-effiċjenza fil-Qrati permezz tal-introduzzjoni ta’ sistemi u għodod legali ġodda.” |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990