JOHN DALLI NOMINAT KUMMISSARJU EWROPEW
pr2027
23/11/2009
| Wara laqgħa tal-Kabinett li nżammet illum ġie | deċiż li l-Gvern Malti jinnomina lill-Ministru tal-Politika Soċjali John Dalli bħala l-Kummissarju Malti fil-Kummissjoni Ewropea li jmiss. |
| Il-lejla l-Prim Ministru tkellem | mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose’ Manoel Barrasso u infurmah bin-nomina tal-Gvern Malti. |
| Din hi t-tieni darba li Malta qed tinnomina | Kummissarju minn meta pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. |
| John Dalli twieled Ħal Qormi fil-5 ta’ | Ottubru 1948. Hu okkupa diversi karigi għolja fl-amministrazzjoni finanzjarja fil-management f’Malta u Brussel. Hu ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-1987 u kien maħtur Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Industrija. F’Mejju 1990 hu inħatar Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi. Bħala Ministru, f’leġislaturi differenti, hu kien responsabbli ta’ diversi oqsma oħra fosthom il-Finanzi, l-Industrija, l-Ekonomija u l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment. Wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008, John Dalli inħatar Ministru tal-Politika Soċjali responsabbli wkoll mis-saħħa, mill-anzjani, mit-taħriġ u l-impjiegi, mir-relazzjonijiet industrijali u mid-djar. Hu miżżewwġ lil Josette nee’ Callus u għandhom żewġt ulied. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990