Left arrow Mur Lura

ZURICCO NOTTE BAROCCA

pr2026
Date Icon 23/11/2009
Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq bl-għajnunatas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, qed jorganizza għall-ewwel darba l-attività Zurrico Notte Barocca, nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2009, mit-8pm ‘il quddiem.  Din hija attività fejn dawk preżenti  se jiġu mistiedna jgħixu mill-ġdid il-ħajja fiż-żmien Barokk fiż-Żurrieq, iż-żmien li fih iċ-ċentru taż-Żurrieq l-iktar li żviluppa, l-iżjed fl-arkitettura tieghu.  L-attivitajiet jinkludu fost oħrajn, kunċert ta’ mużika Barokka, mużika sagra u daqq tal-mandolina, żfin tradizzjonali, ikel u qari ta’ stejjer għat-tfal. Se jkun hemm wirjiet varji fosthom tal-falkuni, tal-ganutell, tal-għasel, ta’ oġġetti sagri, statwi mekkanizzati u esibizzjoni dwar tal-Mitħna tax-Xarolla.
Se jkun hemm numru ta’ re-enactments,fosthom dik tal-wasla tal-Gran Mastru Zondadari, kif ukoll mixgħela ta’ fjakkoli, u attivitajiet oħrajn.
Waqt it-tnedija ta’ din l-attività, Dr ChrisSaid, Segretarju Parlamentari qal li din hi l-aħħar attività għal din is-sena li ħadet fondi mill-iskema għall-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali għall-2009. Fl-ewwel skema bbenefikaw 26 Kunsill Lokali b’ammont ta’ €138,000. Dr Said stqarr li għas-sena d-dieħla irnexxielna nibnu fuq is-suċċess tal-2009 billi abbinajnha l-iskema mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ghax qed naraw il-potenzjal tal-attivitajiet f’termini turistiċi. L-iskema għall-2010 telgħet għall-ammont ta’ €277,000 fejn qed jibbenefikaw 49 lokalità b’56 attività bejniethom.
L-għan tal-iskema hu li tesponi l-individwalitàta’ kull lokalità u tippromwovi l-identità ta’ dik il-lokalità permezz tal-espressjoni artistika u kulturali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow