ZURICCO NOTTE BAROCCA
pr2026
23/11/2009
| Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq bl-għajnuna | tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, qed jorganizza għall-ewwel darba l-attività Zurrico Notte Barocca, nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2009, mit-8pm ‘il quddiem. Din hija attività fejn dawk preżenti se jiġu mistiedna jgħixu mill-ġdid il-ħajja fiż-żmien Barokk fiż-Żurrieq, iż-żmien li fih iċ-ċentru taż-Żurrieq l-iktar li żviluppa, l-iżjed fl-arkitettura tieghu. L-attivitajiet jinkludu fost oħrajn, kunċert ta’ mużika Barokka, mużika sagra u daqq tal-mandolina, żfin tradizzjonali, ikel u qari ta’ stejjer għat-tfal. Se jkun hemm wirjiet varji fosthom tal-falkuni, tal-ganutell, tal-għasel, ta’ oġġetti sagri, statwi mekkanizzati u esibizzjoni dwar tal-Mitħna tax-Xarolla. |
| Se jkun hemm numru ta’ re-enactments, | fosthom dik tal-wasla tal-Gran Mastru Zondadari, kif ukoll mixgħela ta’ fjakkoli, u attivitajiet oħrajn. |
| Waqt it-tnedija ta’ din l-attività, Dr Chris | Said, Segretarju Parlamentari qal li din hi l-aħħar attività għal din is-sena li ħadet fondi mill-iskema għall-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali għall-2009. Fl-ewwel skema bbenefikaw 26 Kunsill Lokali b’ammont ta’ €138,000. Dr Said stqarr li għas-sena d-dieħla irnexxielna nibnu fuq is-suċċess tal-2009 billi abbinajnha l-iskema mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ghax qed naraw il-potenzjal tal-attivitajiet f’termini turistiċi. L-iskema għall-2010 telgħet għall-ammont ta’ €277,000 fejn qed jibbenefikaw 49 lokalità b’56 attività bejniethom. |
| L-għan tal-iskema hu li tesponi l-individwalità | ta’ kull lokalità u tippromwovi l-identità ta’ dik il-lokalità permezz tal-espressjoni artistika u kulturali. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990