DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT LAQGĦA TAL-CORE GROUP TAL-MEUSAC – Il-Belt Valletta - IT-TNEJN 23 TA’ NOVEMBRU 2009
pr2024
23/11/2009
Sur Chairman
Sinjuri
| Huwa ta’ pjaċir għalija li nkun hawn magħkom | illum għal din il-laqgħa. |
| L-esperjenza li għaddejna minnha qabel | is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea - fejn il-pajjiż kien għaddej minn proċess kontinwu ta’ konsultazzjoni dwar il-pożizzjonijiet li kellha tieħu Malta fin-negozjati - u l-proċess ta’ informazzjoni kif is-sħubija tolqot lill-poplu tagħna, wassalna biex nagħtu forma permanenti lil dak il-mudell li ħadem sew. |
| Fil-bidu ta’ din il-leġislatura erġajna waqqafna | l-MEUSAC bi tliet għanijiet ċari. |
| Irridu li l-poplu jibqa’ jkun infurmat dwar | l-Unjoni Ewropea, mhux tant bħala istituzzjoni, iżda bħala Unjoni li għandha impatt fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea mħaddmin tajjeb ifissru investiment lejn pajjiżna, opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema, opportunitajiet edukattivi, drittijiet għall-konsumatur u standards ambjentali. |
| Dan il-Gvern qiegħed iħaddem id-djalogu pubbliku | b’mod mill-aktar wiesa’. Fil-bidu ta’ din il-leġislatura waqqafna Segretarjat Parlamentari għall- Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni. Fl-ewwel sena u nofs ta’ din il-leġislatura ppubblikajna diversi dokumenti li jvarjaw mit-titjib fl-edukazzjoni għall-inizjattivi dwar l-immaniġġjar tal-iskart; mil-liġi tal-kera għar-riforma tal-MEPA; mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali għall-ġustizzja riparatriċi; mid-dokumenti ta’ qabel il-Baġit għal dokumenti ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku. |
| F’dawn u f’oħrajn saru sensiela ta’ laqgħat | mal-istakeholders involuti kif ukoll diskussjonijiet mal-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu jew tagħha. Il-Gvern jagħti valur lill-opinjoni ta’ kulħadd. Dan hu Gvern li jisma’, jikkonsulta, jiżen u jwettaq. |
| Il-MEUSAC flimkien mal-MCESD huma żewġ fora | importanti f’pajjiżna li fihom hemm rappreżentanza wiesgħa, fi strutturi differenti fi ħdanhom. Rappreżentanza li tiġbor fiha lill-ħaddiema, lil min iħaddem, lis-soċjetà ċivili, lil għaqdiet mhux governattivi u lill-partiti. Mal-Gvern huma msieħba fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Konsultazzjoni mħaddma tajjeb twassal biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar, li jkun hawn aktar kunsens f’pajjiżna u li nimxu fl-istess direzzjoni. |
| B’sodisfazzjon, il-Baġit li ppreżentajna | l-ġimgħa li għaddiet hu riżultat dirett tal-konsultazzjoni u l-proċess ta’ diskussjoni matura li kellna fl-MCESD. Irrid nirringrazzja lill-imsieħba soċjali u lil min ta’ kontribut biex żviluppajna l-miżuri u l-inizjattivi u preżentajniehom quddiem il-poplu. Konna iffukati. Għamilna l-għażliet. Imxejna b’għaqal u llum f’pajjiżna qed niddiskutu Baġit li hawn qbil dwaru għaliex joffri direzzjoni u miżuri biex inkattru l-investiment u x-xogħol f’pajjiżna. |
| Permezz tal-funzjoni ta’ konsultazzjoni, | il-MEUSAC qiegħed jagħti vuċi b’saħħitha lill-imsieħba soċjali u lis-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-pożizzjoni ta’ Malta. Taħt il-MEUSAC jaqgħu disa’ kumitati settorjali b’kull wieħed jiddiskuti temi partikolari li jvarjaw minn affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, ġustizzja u affarijiet interni, impjiegi, politika soċjali u saħħa, kompetittività u affarijiet tal-konsumatur; trasport, telekomunikazzjoni u enerġija, agrikoltura u sajd, ambjent, edukazzjoni, żgħażagħ u kultura. Ta’ kull ġimgħa l-MEUSAC jieħu ħsieb jaġġorna lill-membri ta’ dawn il-kumitati, li jirrappreżentaw il-partijiet kollha interessati, bl-aħħar żviluppi u inizjattivi f’dak il-qasam partikolari li jkun jinteressahom. |
| It-tielet għan importanti tal-MEUSAC hu li jgħin | fl-opportunitajiet li toffri s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. F’għaxar xhur għen b’suċċess lil 125 organizazzjoni biex dawn jibbenefikaw minn fondi li jammontaw għal aktar minn €3 miljun. Permezz ta’ dawn il-programmi parteċipattivi, aktar nies qed jingħataw għajnuna biex jiżviluppaw lilhom infushom fit-talenti, il-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom f’Malta u f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC qiegħed iqarreb il-benefiċċji tas-sħubija aktar viċin ir-residenti fil-lokalitajiet differenti tagħna u fost dawk li huma impenjati f’għaqdiet mhux governattivi. |
| Il-Gvern immexxi minni jemmen fil-potenzjal | tal-MEUSAC li jkompli jixpruna lis-soċjetà ċivili kif ukoll lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-fondi għax jemmen li huma wkoll jistgħu jikkontribwixxu għat-tkattir u t-tisħiħ ta’ l-impjiegi u għall-iżvilupp soċjali ta’ pajjiżna. Għalhekk il-Gvern ħoloq il-Fond speċjali biex jgħin fil-ko-finanzjament tal-programmi tal-Unjoni Ewropea. Din is-sena, żiedna dan il-fond għal nofs miljun ewro u introduċejna fond għall-NGOs ta’ €280,000. Dan ix-xogħol qed ikun ikkonsolidat ukoll f’Għawdex permezz tal-ftuħ ta’ uffiċju konġunt bejn l-MCESD u l-MEUSAC, biex hekk il-Kunsilli Lokali u s-soċjetà ċivili f’Għawdex ikunu jistgħu huma ukoll jibbenefikaw minn dawn il-fondi. |
| Parti mill-Baġit tas-sena d-dieħla hi wkoll | riżultat mill-fondi li Malta qed tieħu mill-Unjoni Ewropea. Matul is-sena d-dieħla, permezz ta’ ‘l fuq minn €140 miljun ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern se jkun qiegħed jinvesti b’għaqal f’bosta setturi. Jinvesti fl-infrastruttura tal-pajjiż. Jinvesti biex ikompli jkattar ix-xogħol. Se naraw investimenti fit-toroq, fis-sistemi tad-drenaġġ u fir-restawr tas-swar, biex nagħti tliet eżempji. Il-Gvern se jkun qiegħed permezz tal-fondi tal-Unjoni Ewropea mhux biss joħloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol imma ukoll itejjeb il-potenzjal ta’ pajjiżna. U dan billi nkomplu ninvestu fl-aqwa riżorsa ta’ pajjiżna – il-bniedem – sabiex ikollna ħaddiema mħarrġin u kkwalifikati u studenti entużjasti bl-aqwa għodda f’idejhom biex jagħmlu karriera ta’ suċċess f’pajjiżhom stess. |
| Bħala Prim Ministru u f’isem il-Gvern kollu | napprezza x-xogħol li tagħmlu – intom li intom imsieħba u tirrappreżentaw setturi u kategoriji differenti. Aktar iva milli le taħdmu fis-skiet, biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem u l-poplu tagħna jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu. Nirringrazzjakom tas-sehem, u anki tal-ideat li toħorġu bihom u li twasslu lill-Gvern. Dak li nisimgħu inpoġġuh fil-kuntest tal-interess nazzjonali biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-poplu u għal pajjiż kollu. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990