DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GHAS-SAHHA WAQT BREASTFEEDING SEMINAR ORGANIZZAT MILL- BREASTFEEDING WALK-IN-CLINIC
pr2023
21/11/2009
| Il-ħalib | ta’ l-omm, kif jaf kulhadd huwa magħmul apposta biex it-tarbija tikber u tizviluppa bl-aħjar mod possibbli. Diversi ricerki mill-komunita xjentifika juru b’mod mill-aktar car il-valur tal-breastfeeding fuq l-omm u t-tarbija u din l-evidenza tidher li qed tikber il-ħin kollu. |
| Uhud mill-beneficji | tas-saħħa li diga gew identifikati ma jieqfux meta jieqaf il-breastfeeding imma l-effetti tagħhom huma magħrufa li jibqgħu għaddejjin anke fit-tfulija u saħansitra xi ftit minnhom anke meta nkunu kbirna. Minbarra dan, il-breastfeeding joffri esperjenza unika fejn min kmieni wara t-twelid tat-tarbija tifforma għaqda bejn l-omm u l-istess tarbija u din tgħin fl-izvilupp psikologiku, emozzjonali u socjali tat-tarbija. F’dan il-pajjiz il-ħxuna fit-tfulija lahqet livelli allarmanti. Barra problemi socjali ħxuna zejda fit-tfulija tista taffetwa is-sahha tat-tfal kif ukoll tkabbar ir-riskju tal-mard tal-qalb u taz-zokkor fid-demm anke meta nikbru. Barra min hekk ic-cans li t-tfal b’ piz zejjed jikbru f’adulti hoxnin huma hafna ikbar. Ghalkemm hafna mill-hxuna zejda fit-tfal hija kagun ta’ dieta fqira u nuqqas ta’ ezercizju fiziku, kif wkoll l-mod ta’ kif it-trabi jigu mitmugħa fl-infanzja jidher li ghandu sehem importanti li jiddetermina l-piz matul l-bidu tat-tfulija. Infatti izjed ma jkun twil iz-zmien tal-breastfeeding izjed jista jghin biex inaqqas il-hxuna zejda fit-tfulija almenu fis-snin bikrin. It-trabi li jreddu ghandhom tendenza li jixorbu biss sakemm ikunu sodisfatti u b’mod naturali l-halib tal-mara jizdied jew jonqos skond dawn il-bzonnijiet. Min-naha l-ohra it-trabi li jixorbu halib artificjali normalment ikunu mggħela li jixorbu sa l-ahhar qatra gol-flixkun, irrelevanti jekk iridux izjed jew le. Esperti jahsbu li hu dan il-kontroll ta’ l-ikel mit- tfal li jreddu li jispjega l-assocjassjoni bejn il-breastfeeding u n-nuqqas ta’ hxuna. |
| Id-dipartiment | tas-saħħa jagħraf il-beneficcji tal-breastfeeding u jirreklamah bhala l-oghla standard ghall-ikel tat-trabi. Matul dawn l-ahhar ghaxar snin ir-rati tal-breastfeeding dejjem qed jogħlew pero hemm lok ghal aktar titjib. Hemm korsijiet ghall-gruppi specjali li jkollhom bzonn dak l-extra support bhal per ezempju ommijiet zgħazagħ, tewmin, triplets etc. F’dawn il-klassijiet barra li jigu mghallma l-importanza tal-breastfeeding għat-trabi jingħataw ukoll pariri kif tlehhaq fiz-zmien ta’ wara t-twelid. Il-klinika tal-breastfeeding gewwa Mater Dei hija pjuttost servizz gdid pero malajr qieghed isir popolari hafna. Mindu mxejna ghall-isptar il-gdid, huwa izjed facli biex tasal ghal din il-klinika u infatti ħafna ommijiet qegħdin jagħmlu uzu minnha. Din il-klinika toffri servizz darbtejn fil-gimgha fejn m’hemmx bzonn ta’ appuntament, jigifieri tista taqbad u tigi bla waiting list ta’xejn. Minħabba l-fatt li din il-klinika saret ħafna popolari hemm il-possibilita illi fil-vicin qarib dan is-servizz jizdied ghal aktar min darbtejn fil-gimgħa. Din il-klinika taghti support u pariri professjonali min esperti f’ dan is-suggett biex jintlahaq l-ghan li z-zmien tal-breastfeeding ikun esperjenza sabiha u jitwal ghall-izjed zmien possibli. |
| L-isptar Mater Dei | qed jidhol ghal din l-isfida. Kumitat gie ifformat biex jevalwa kif il-breastfeeding ghandu jigi mghejjun u nkoragit. Min dan il-kumitat hija t-tama li jigu zvillupati prattici godda li jghinu lill-isptar Mater Dei jilhaq il-ghan tieghu li jigi akkreditat bhala Baby Friendly mill- WHO. Minkejja li dan il-kumitat ilu jiffunzjona sena biss diga saru numru ta’ mizuri fosthom l-organizazzjoni ta’ dan is-seminar. Ghan kbir hafna li diga ntlehaq kien l-izvilupp ta’ pakkett edukattiv ta’ tahrig iffokat fuq il-breastfeeding. Dan il-kors gie mibdi kmieni din is-sena fuq bazi obbligatorja ghal midwives u n-nurses kollha li jahdmu fis-settur tal-maternita. Kwazi tlett gruppi diga spiccaw dan il-kors u dan ghandu jghin lill-isptar jaddotta prattici konsistenti li jghinu lill-ommijiet fil-breastfeeding u jinqatghu pariri kontradittorji. Dan il-kumitat issa qieghed jahdem fuq policy fejn ikun hemm gwidi u prattici rrakomodati biex jghinu lil haddiema kkoncernati meta jiltaqghu ma’ xi diffikolta. L-isptar Mater Dei jista jiehu bosta snin biex jirbah l-unur li jsir Baby Friendly pero t-tibdil li jsir matul dan iz-zmien ghandu jservi biex itejjeb is-servizz li jinghata. |
| L-ghan ewlieni hawn | huwa li nergghu nistabilixxu l-breastfeeding gewwa Malta bhala xi haga kulturalment accettata u li tkun l-ghazla naturali ghall-maggoranza kbira tal-genituri Maltin. Ghalhekk ma fadalli xejn iktar xi nghid hlief li min qalbi nixtieqilkom kull success fit-triq il-gdida u fl-esperjenza tal-breastfeeding. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en