Left arrow Go Back

Attivitajiet li se jsiru b’rabta mal-ftuħ mill-ġdid ta’ Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta

pr2022
Date Icon 21/11/2009
Waqtkonferenza tal-aħbarijiet li saret illum fl-uffiċini tal-GRTU l-Ministru għar-Riżorsi  u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino ħabbar is-sensiela ta’ attivitajiet li se jsiru b’rabta mal-ftuħ mill-ġdid ta’ pjazza San ġorġ fil-Belt Valletta, wara li sar proġett ta’ tisbiħ biex din il-pjazza minn ċimiterju ta’ karozzi terġa tingħata lura lill-pubbliku fi spazju miftuħ.
Il-ftuħ ta’ din il-pjazza se jsir nhar il-Ħadd 6ta’ Diċembru fit-20,45 u din l-attivita` se tintwera f’xandira diretta fuq televixin Malta, l-istazzjon Nazzjonali. Il-programm ta’ matul il-ġimgħa kif anness jinkludi varjeta` ta’ attivitajiet għall-familja kollha. Dawn l-attivitajiet li qegħdin jitellgħu sabiex issa li tlesta dan il-proġett terġa tingħata l-ħajja ‘l din il-qalba tal-Belt, se jilħqu l-qofol tagħhom bil-festa tal-Inbejjed ta’ kwalita’ Maltin li qed tittella bħala parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet mil-kampanja Naturalment Malti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow