TISĦIĦ TAS-SISTEMA U L-PROĊESS ELETTORALI
pr2021
21/11/2009
| L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Louis | Galea, jinforma lill-pubbliku in ġenerali li l-Kumitat Magħżul imwaqqaf mill-Parlament dwar it-tisħiħ tad-demokrazija f’pajjiżna qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar titjib fis-sistema u l-proċess elettorali. Mr Speaker diġà kiteb lill-Partiti Politiċi li kkontestaw l-aħħar elezzjoni sabiex jissottomettu l-veduti u l-proposti tagħhom bil-miktub. Il-Kumitat Magħżul irid ukoll li kull min f’Malta u Għawdex iħoss li għandu x’jikkontribwixxi fuq is-suġġett jagħmel dan bil-miktub. |
| Kull | sottomissjoni bil-miktub, sew ta’ Partiti kif ukoll ta’ individwi, għandha tasal għand Mr Speaker mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 18 ta’ Diċembru, 2009. |
Kull sottomissjoni tista’ tintbagħat fuq l-indirizz elettroniku selectcommittee@gov.mt , jew indirizzata lil Mr Speaker, Kumitat Magħżul, Il-Kamra tad-Deputati, Valletta.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990