Left arrow Mur Lura

AKTAR INVESTIMENT FIS-SETTUR AGRIKOLU

pr2020
Date Icon 20/11/2009
Waqt seminar organizzatt mill-MEUSAC fic-ċentruNazzjonali tal-BOV ġew diskussi f’aktar dettal ħames miżuri oħra li jiffurmaw parti mill-pjan għal-iżvillupp rurali li fih pakkett ta’ €100 miljun.
Dawn il-ħames mizuri li bejniethom jammontawgħal €4 miljun, jikkonsistu:
Mizura 124 -Għajnuna Għall-Iżvilupp ta’ Prodotti, Proċessi u Teknoloġiji Ġodda Fil-Biedja u Setturi tal-Ikel.
Din il-Mizurase toffri għajnuna għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-biedja u s-setturi ta’ l-ikel, bħal fost oħrajn l-akkwist ta’ “patent rights” u liċenzji, ix-xiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid għall-prodotti jew proċessi ġodda u l-iżvilupp ta’ “testing jigs” u “prototypes”.
Miżura 132  -Parteċipazzjoni tal-Bdiewa Fi Skemi Dwar Kwalità tal-Ikel.
Din se tħeġġeġ lill-bdiewa jipparteċipaw fiskemi dwar kwalita’ ta’ l-ikel u kif ukoll tipprovdi kumpens għall-ispejjeż relatati maċ-ċertifikazzjoni.,
Miżura 133 -  Attivitajietta’ Informazzjoni u Produzzjoni Rigward Skemi ta’ Kwalità ta’ l-Ikel.
Din il-Mizura setipprovdi għajnuna sabiex isiru attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni ta’ skemi ta’ kwalita’ ta’ l-ikel bħal “tasting events” u reklamar fuq il-media minn għaqdiet ta’ produtturi.
Miżura 142Twaqqif tal-Għaqdiet tal-Produtturi.
Din hija ndirizzatagħat-twaqqif ta’ għaqdiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib, ġbejniet, majjal, fniek, tiġieġ, għasel, patata u dwieli ta’ l-inbid.
Miżura 111 -  se toffri taħriġ u informazzjonigħall-bdiewa u raħħala biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-isfidi li jirriżultaw minn standards ġodda u l-esiġenzi ta’ l-ekonomija rurali.
Il-Ministru għar-Riżorsi  u l-Affarijiet RuraliGeorge Pullicino waqt id-diskors tal-ftuħ ta’ dan is-seminar sostna li element essenzjali sabiex l-agrikoltura Maltija timxi ’l quddiem huwa t-taħriġ. Illum il-ġurnata aktar minn qatt qabel qegħda tinħass il-ħtieġa li l-produtturi jaġġornaw ruħhom ma’ sistemi ta’ produzzjoni moderni, teknoloġija innovattiva u proċessi ġodda li jwasslu sabiex l-operat tal-bidwi u r-raħħal ikun aktar sostenibbli u ekonomikament vijabbli. Permezz tal-mizura 111 il-produttur jingħata taħrig minghajr ħlas fuq diversi temi li jirrelataw mal-obbligi li l-bidwi u r-raħħal għandhu josserva kif wkoll dwar kif itejjeb l-effiċjenza tal-operat tiegħu sabiex ikun aktar kompetittiv.
Il-Ministru Pullicino qal ukoll li l-bdiewa ur-raħħala Maltin qegħdin jinvestu sabiex itejbu l-operat u l-prodott tagħhom. It-talbiet u l-proposti mressqa mid-diversi setturi agrikoli huma xiehda ta’ kemm it-trasformazzjoni fl-agrikoltura Maltija qegħda fil-fatt iseħħ tant li għal miżura għat-titjib fil-faċilitajiet agrikoli l-investiment propost mill-bdiewa u r-raħħala kien jammonta għal €27 miljun. Din il-fiduċja fis-settur ġiet espressa wkoll mill-Gvern fil-budget li għadu kif tħabbar għas-sena li ġejja, fejn issemmew diversi miżuri u nċentivi sabiex ikompli jsir avvanz f’dan is-settur, sostna l-Ministru Pullicino.
Intant fid-diskors tal-għeluq tiegħu,is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni,  Dr Chris Said, stqarr li Malta għandha metodi ta’ produzzjoni u tradizzjonijiet speċifiċi f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ tkabbir ta’ prodotti agrikoli u l-konsumatur Malti qiegħed dejjem iżid l-interess tiegħu fil-kwalitajiet ta’ dan l-ikel. Għalhekk permezz tal- Pjan tal-Iżvilupp Rurali 2007-2013, Malta  għandha rwol kbir biex tissalvagwardja l-kwalità tal-ikel b’diversi modi.
It-tixridta’ informazzjoni permezz tal-MEUSAC dwar il-possibilitajiet ta’ għajnuna minn programmi Ewropej intiżi għas-settur agrikolu qed jagħmilha possibbli biex il-bdiewa u r-raħħala Maltin ikunu infurmati biżżejjed u konxji ta’ kif jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-miżuri, kompla jgħid Chris Said. Hu għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-MEUSAC għax-xogħol tagħhom fejn qed jassistu lil diversi setturi tas-soċjetà f’dak li għandu x’jaqsam ma’ programmi varji tal-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow