Left arrow Mur Lura

Iffirmat ftehim li se jwassal għal aktar opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol

pr2016
Date Icon 20/11/2009
Illum fil-preżenzatal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino ġie ffirmat ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Bord tal-Gvernaturi tal-Joint Research Centre tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-ftehim, milħuq permezz ta’kollaborazzjoni akbar bejn il-partijiet konċernati, qed joffri l-opportunita’ lill-istudenti fil-qasam tax-xjenza, isaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta’ aktar taħriġ ma’ istituzzjonijiet ewropej oħra, kif ukoll qed jiftaħ il-bibien għal opportunitajiet akbar ta’ riċerka fil-qasam tax-xjenza mhux biss f’pajjiżna, iżda barra minn xtutna li jwasslu għal ħolqien ta’ aktar impjiegi.
Dan sar waqt open day littellgħet illum fil-Lukanda Westin fejn fiha ġew esebiti ħafna mir-riżultat miksuba kemm ilu fis-seħħ il-Programm Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Waqt il-ftuħ ta’ din l-openday, il-Ministru għar-Riżorsu u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, filwaqt li rringrazzja lill-partijiet kollha ta’ dan il-ftehim milħuq, qal li l-Gvern jemmen li aktar investiment f’dan is-settur iwassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi ta’ kwalità. Huwa żied jgħid li fost id-diversi inizjattivi li tħabbru fil-budget għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jalloka €1.7 miljun għal aktar proġetti ta’ riċerka u żvilupp.
Il-Ministru Pullicino fakkarukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) iffinanzja bejn is-snin 2004 u 2008, xejn anqas minn 29 proġett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow