Iffirmat ftehim li se jwassal għal aktar opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol
pr2016
20/11/2009
| Illum fil-preżenza | tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino ġie ffirmat ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Bord tal-Gvernaturi tal-Joint Research Centre tal-Unjoni Ewropea. |
| Dan il-ftehim, milħuq permezz ta’ | kollaborazzjoni akbar bejn il-partijiet konċernati, qed joffri l-opportunita’ lill-istudenti fil-qasam tax-xjenza, isaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta’ aktar taħriġ ma’ istituzzjonijiet ewropej oħra, kif ukoll qed jiftaħ il-bibien għal opportunitajiet akbar ta’ riċerka fil-qasam tax-xjenza mhux biss f’pajjiżna, iżda barra minn xtutna li jwasslu għal ħolqien ta’ aktar impjiegi. |
| Dan sar waqt open day li | ttellgħet illum fil-Lukanda Westin fejn fiha ġew esebiti ħafna mir-riżultat miksuba kemm ilu fis-seħħ il-Programm Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. |
| Waqt il-ftuħ ta’ din l-open | day, il-Ministru għar-Riżorsu u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, filwaqt li rringrazzja lill-partijiet kollha ta’ dan il-ftehim milħuq, qal li l-Gvern jemmen li aktar investiment f’dan is-settur iwassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi ta’ kwalità. Huwa żied jgħid li fost id-diversi inizjattivi li tħabbru fil-budget għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jalloka €1.7 miljun għal aktar proġetti ta’ riċerka u żvilupp. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar | ukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) iffinanzja bejn is-snin 2004 u 2008, xejn anqas minn 29 proġett. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990