KONFERENZI NAZZJONALI POLITIKA TA’ KOEŻJONI 2007-2013
| L-Awtorità ta’ Ġestjoni f’Malta | għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tistiden lill-pubbliku għal żewġ Konferenzi Nazzjonali dwar il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. |
| Il-Konferenzi ser jittellgħu nhar l-1 ta’ | Diċembru 2009 fil-Westin Dragonara Resort fid-09:00AM (reġistrazzjoni fit-08:30 AM) u nhar l-4 ta’ Diċembru 2009 fil-Lukanda Kempinski San Lawrenz fl-10:00AM (reġistrazzjoni fid-09:30AM). |
| Il-Konferenzi ser jiffukaw fuq il-benefiċċji li | qed igawdi il-poplu Malti u Għawdxi mill-Programm Operattiv I Ninvestu fil-Kompetittivita’ għal Kwalità ta’ Ħajja Aħjar u Programm Operattiv II Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar, kif ukoll, dwar il-progress li sar s’issa biex jintlaħqu il-miri tal-prioritajiet identifikati fiż-żewġ Programmi. |
Ser ikun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ kelliema ewlenin u benefiċċjari tal-Programmi Operattivi I u II, kif ukoll diskussjonijiet dwar it-temi strateġiċi li jaqgħu taħt il-Programmi Operattivi. Il-programmi taż-żewġ konferenzi jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt.
L-attendenza għal dawn il-Konferenzi hija permezz ta’ reġistrazzjoni biss. Persuni nteressati jistgħu jirreġistraw billi jibagħtu email fuq vanessa.sciberras@gov.mtsa nofsinhar tas-27 ta` Novembru 2009.
Mistoqsijiet ġenerali relatati ma dawn il-konferenzi jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en