Left arrow Mur Lura

Tnedija tal-Kalendarju ta’ Attivitajiet tal-Kunsilli Lokali b’riżultat tal-iskema ta’ għajnuna mill-Gvern u l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta  (MTA)

pr2010
Date Icon 20/11/2009
B’riżultat ta’ skema b’fond ta’ €277,000 bejnl-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali, 49 Kunsill Lokali se jkunu qed jorganizzaw 56 attività differenti fil-lokalitajiet tagħhom.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijietindirizzata mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, u li għaliha attendew ukoll Sindki u Segretarji Eżekuttivi minn dawn il-Kunsilli Lokali.
F’kelmtejn, Dr de Marco saħaq fuq l-importanzali dawn l-attivitajiet huma mifruxin fuq dawk ix-xhur meqjusa kwieti għat-turiżmu sabiex il-kalendarju tal-attivitajiet ikun wieħed kostanti u interessanti, lil hinn mill-perjodu mimli tas-sajf. Huwa żied jgħid li l-iskema qed tolqot tliet oġġettivi tal-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu: il-ħtieġa tad-diversifikazzjoni tal-prodott; it-tnaqqis fl-istaġjonalità; u d-distribuzzjoni aħjar tal-effett tat-turiżmu bejn il-lokalitajiet.
Dr de Marco qal li l-għan tal-iskema kien lijkunu inċentivati l-Kunsilli Lokali sabiex ikunu nnovattivi u jaraw kif jisfruttaw il-wirt kulturali u storiku tal-lokalitajiet tagħhom, permezz ta’ attivitajiet li minnhom igawdu l-Maltin, u fl-istess ħin jarrikkixxu l-kalendarju ta’ attivitajiet li aħna noffru lit-turisti li jżuruna.

Huwa temm jgħid li huwa mportanti li llum, f’Novembru, għandna s-sena d-dieħla kollha ppjanata, u nafu meta u fejn se jkun hemm xi attività. Dan jippermetti lill-MTA biex, permezz tal-portal www.visitmalta.com  kif ukoll permezz tal-marketing li jsir b’mod kontinwu mill-uffiċċji u rappreżentanti tagħha barra minn xtutna, tippromwovi dawn l-attivitajiet, bil-possibbiltà ta’ organizzazzjoni ta’ tours li jiġu Malta apposta. 

Min-naħa tiegħu, is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said qal li din l-iskema, permezz tal-proġetti magħżula, qed tesponi l-individwalità ta’ kull lokalità u tippromwovi l-identità tagħhom permezz tal-espressjoni artistika u kulturali.
“Bil-fond li nedejna għall-ewwel darbagħall-2009, rajna li l-lokalitajiet jistgħu jattiraw udjenza ġdida għal attivitajiet li qed itellgħu b’suċċess u għalhekk ridna li nisfruttaw il-potenzjal tal-irħula tagħna u noħolqu kuxjenza tad-diversità kulturali f’pajjiżna. Irridu li l-avvenimenti kulturali jkomplu jissaħħu biex jibqgħu jkunu fil-qalba tal-lokalitajiet.”
Dr Said kompla jgħid li dawn l-attivitajietjiġġeneraw l-ekonomija u l-impatt soċjo-ekonomiku fil-lokalitajiet. Semma wkoll li dawn l-attivitajiet jippromwovu l-involviment ta’ numru ta’ stakeholders u kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet oħra fil-lokal, kif ukoll l-inklużjoni soċjali.
Hutemm jgħid li fl-ewwel skema għall-2009 rajna 33 Kunsill Lokali japplikaw li minnhom ġew selezzjonati 26. B’din it-tieni skema, l-ammont ta’ fondi rdoppja u magħhom irduppjaw l-ammonti ta’ kunsilli lokali li qed jingħataw għajnuna biex itellgħu dawn l-attivitajiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow