Left arrow Mur Lura

JIĠI MNIEDI L-MALTA YEAR BOOK EDIZZJONI 2008-2009

pr2006
Date Icon 19/11/2009
"Il-Malta Year Book hija pubblikazzjoni ta'referenza li kull min għandu għal qalbu lill-gżejjer Maltin u dak kollu li hu Malti għandu jkollu kopja tagħha. Nifraħ lill-Brothers ta' De La Salle f'Malta li issa ilhom joħorġu din il-pubblikazzjoni għal dawn l-aħħar 56 sena. Dawn is-snin kollha jikkonfermaw id-dedikazzjoni tal-pubblikaturi u jagħmel dan il-ktieb collectors’ item".
Dan qalu s-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said waqt attivita' ta' tnedija tal-edizzjoni ta' din is-sena tal-Malta Year Book.
Chris Said fakkar li l-Malta Year Book jixhedukoll il-ħidma u d-dedikazzjoni ta' kull min kien involut fil-pubblikazzjoni tiegħu biex jinġabar tagħrif dwar kwalunkwe aspett f’Malta – bħall-politika, ir-reliġjon, l-edukazzjoni, il-kummerċ, informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet f’Malta u informazzjoni ġenerali. Dr Said irrefera ukoll dwar l-objettivi li għandu pajjiżna fl-2010 u l-opportunitajiet li se jkollu l-poplu Malti s-sena d-dieħla.
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman ta’ De La SalleBrothers Publications, Bro Martin Borg fsc, irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Chris Said tal-interess li wera f'din il-pubblikazzjoni u anki lill-editur Noel M Borg, l-editur konsultattiv il-Maġġur Stanley Clews u l-membri l-oħra tal-bord editorjali. Hu tenna wkoll li l-pubblikazzjoni tal-Malta Year Book tikkonferma li l-Brothers ta' De La Salle f'Malta dejjem ħadmu biex ixerrdu l-kultura Maltija u l-imħabba lejn gżiritna.
"Din il-pubblikazzjoni hija waħda li tagħtiħarsa lejn dak kollu li seħħ fil-gżejjer Maltin matul l-aħħar snin u din hija pubblikazzjoni li għandha tinżel tajjeb ma' persuni ta' etajiet differenti," tenna Bro Martin Borg fsc. Finalment Bro Martin Borg fsc fakkar li l-2008 u l-2009 kienu snin li se jibqgħu mnaqqxa fl-istorja ta' pajjiżna, b'avvenimenti li jiġu rapportati fid-dettal fil-Malta Year Book.
"Il-Malta Year Book hija pubblikazzjoni unikali tixhed ukoll il-ħidma, id-dedikazzjoni u l-perseveranza ta' kull min hu involut, fosthom ta' Noel Borg li kien l-editur ta' din il-pubblikazzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħha," ikkummenta Bro Martin Borg fsc.
Is-Sur Noel M Borg, l-editurtal-pubblikazzjoni tenna li din il-pubblikazzjoni ma kenitx waħda faċli, speċjalment meta tqis li fl-aħħar snin Malta kellha Elezzjoni Ġenerali, Ftuħ ta' Parlament ġdid u anki ħatra ta' President tar-Repubblika, kollha avvenimenti li dwarhom hemm informazzjoni f’din il-pubblikazzjoni ta’ referenza. Kienet edizzjoni li kienet titlob riċerka vasta u dettaljata. Is-Sur Borġ rringrazzja lill-Onorevoli Said, lill-Bro Martin Borg fsc u anki lill-membri tal-bord editorjali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow