Left arrow Mur Lura

MALTA FL-EWWEL POST fl-eGOVERNMENT

pr2005
Date Icon 19/11/2009
L-Onor. Austin Gatt, Ministrugħall-Informazzjoni, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) illum ħabbar li Malta spiċċat fl-ewwel post tal-e-Government Benchmarking maħruġa mill-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport ta’ Benchmarkingtal-Kummissjoni Ewropea jippreżenta r-riżultati tal-kejl ta’ eServices fl-Ewropa li huwa maqsuma fi tmien oqsma differenti. Dan l-eżerċizzju ta’ benchmarking tnieda fl-2001 u llum sar mezz ta’ kejl importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ eGovernment, kif ukoll sors ta’ informazzjoni effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ polices fis-settur kemm fuq livell ta’ Unjoni Ewropea kif ukoll tal-istati membri.
Malta ilha tipparteċipa fl-eGovernmentBenchmarking mill-2004 u rreġistrat progress kbir fil-provvista ta’ Servizzi e-Government tul is-snin. Fl-2007, Malta ġiet klassifikata fit-tieni post fil-qasam ta’ Online Sophistication (96%) u ta’ Fully Online Availability (95%).
L-e-Government Benchmarking tal-UnjoniEwropea tal-2009 wera li Malta għamlet qabża kbira fil-proviżjoni ta’ servizzi e-Government. Fil-fatt Malta hija fil-quċċata tal-klassifika tal-pajjiżi kemm fil-qasam ta’ Online Sophistication, kif ukoll ta’ Fully Online Availability u ngħatat l-ogħla marka possibbli (100%). B’hekk Malta issa tinsab fil-quċċata tal-klassifika flimkien mal-Portugall fost il-pajjiżi membri kollha.
Ir-rapport jinkludi wkollriżultati ta’ indikaturi ta’ kejl ġodda fil-qasam ta’ User Experience. Malta kisbet l-ogħla grad possibbli (100%) fil-One stop Shop u User focused portal design, filwaqt li kisbet it-tieni u t-tielet post rispettivament fil-User Satisfaction Monitoring u Usability. Ir-rapport jgħid ukoll li “Xi pajjiżi, bħal Malta u l-Estonja, iżda wkoll ir-Renju Unit u l-Finlandja jipprovdu servizzi ta’ livell għoli ħafna u li huma wkoll user-friendly.” Ir-rapport ifaħħar ukoll il-monitoraġġ li jsir f’Malta dwar il-user-satisfaction, liema monitoraġġ isir permezz tal-User Satisfaction Surveys u l-Customer-Care System.
Il-ħames livell ta’ sofistikazzjoni li jkejjelil-personalizzazzjoni pro-attiva tas-servizzi bħal pro-active public service delivery u automated service delivery jpoġġi lil Malta għal darb’oħra fil-quċċata tal-klassifikazzjoni bi grad massimu ta’ 100% mqabbel ma’ 67% fl-2007. F’dan ir-rispett Malta taqbeż lill-pajjiżi membri kollha b’iktar minn 10% fil-klassifika.
L-indikatur il-ġdid,eProcurement Availability Benchmark, tkejjel għall-ewwel darba fost 746 awtorità minn kull livell ta’ gvern: nazzjonali, federali, reġjonali u lokali. Għal darb’oħra Malta rnexxielha tikseb riżultati tajbin. Skond ir-rapport, “L-aqwa erba’ pajjiżi fl-Availability Benchmark huma: l-Estonja, l-Irlanda, Malta u l-Lussemburgu. F’dawn il-pajjiżi, politika b’saħħitha u proattiva dwar l-eProcurement swiet ħafna biex issaħħaħ d-disponibbiltà u l-viżibilità ta’ ħafna mill-awtoritajiet.”
Ir-rapport dwar Malta jgħid ukollli “Malta tikkonferma l-qabża kontinwa mill-bidu tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan l-eżerċizzju fl-2004. Issa Malta reġgħet għamlet qabża oħra u tinsab fil-quċċata flimkien mal-Portugall. Is-servizzi tal-eGovernment huma kompletament online u Malta kisbet il-grad ta’ 100% anke għall-online sophistication.” Dan jikkonfermal-impenn u l-ħidma kontinwa tal-Gvern lejn l-implimentazzjoni tal-programm eGovernment.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow