MALTA FL-EWWEL POST fl-eGOVERNMENT
pr2005
19/11/2009
| L-Onor. Austin Gatt, Ministru | għall-Informazzjoni, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) illum ħabbar li Malta spiċċat fl-ewwel post tal-e-Government Benchmarking maħruġa mill-Unjoni Ewropea. |
| Ir-rapport ta’ Benchmarking | tal-Kummissjoni Ewropea jippreżenta r-riżultati tal-kejl ta’ eServices fl-Ewropa li huwa maqsuma fi tmien oqsma differenti. Dan l-eżerċizzju ta’ benchmarking tnieda fl-2001 u llum sar mezz ta’ kejl importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ eGovernment, kif ukoll sors ta’ informazzjoni effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ polices fis-settur kemm fuq livell ta’ Unjoni Ewropea kif ukoll tal-istati membri. |
| Malta ilha tipparteċipa fl-eGovernment | Benchmarking mill-2004 u rreġistrat progress kbir fil-provvista ta’ Servizzi e-Government tul is-snin. Fl-2007, Malta ġiet klassifikata fit-tieni post fil-qasam ta’ Online Sophistication (96%) u ta’ Fully Online Availability (95%). |
| L-e-Government Benchmarking tal-Unjoni | Ewropea tal-2009 wera li Malta għamlet qabża kbira fil-proviżjoni ta’ servizzi e-Government. Fil-fatt Malta hija fil-quċċata tal-klassifika tal-pajjiżi kemm fil-qasam ta’ Online Sophistication, kif ukoll ta’ Fully Online Availability u ngħatat l-ogħla marka possibbli (100%). B’hekk Malta issa tinsab fil-quċċata tal-klassifika flimkien mal-Portugall fost il-pajjiżi membri kollha. |
| Ir-rapport jinkludi wkoll | riżultati ta’ indikaturi ta’ kejl ġodda fil-qasam ta’ User Experience. Malta kisbet l-ogħla grad possibbli (100%) fil-One stop Shop u User focused portal design, filwaqt li kisbet it-tieni u t-tielet post rispettivament fil-User Satisfaction Monitoring u Usability. Ir-rapport jgħid ukoll li “Xi pajjiżi, bħal Malta u l-Estonja, iżda wkoll ir-Renju Unit u l-Finlandja jipprovdu servizzi ta’ livell għoli ħafna u li huma wkoll user-friendly.” Ir-rapport ifaħħar ukoll il-monitoraġġ li jsir f’Malta dwar il-user-satisfaction, liema monitoraġġ isir permezz tal-User Satisfaction Surveys u l-Customer-Care System. |
| Il-ħames livell ta’ sofistikazzjoni li jkejjel | il-personalizzazzjoni pro-attiva tas-servizzi bħal pro-active public service delivery u automated service delivery jpoġġi lil Malta għal darb’oħra fil-quċċata tal-klassifikazzjoni bi grad massimu ta’ 100% mqabbel ma’ 67% fl-2007. F’dan ir-rispett Malta taqbeż lill-pajjiżi membri kollha b’iktar minn 10% fil-klassifika. |
| L-indikatur il-ġdid, | eProcurement Availability Benchmark, tkejjel għall-ewwel darba fost 746 awtorità minn kull livell ta’ gvern: nazzjonali, federali, reġjonali u lokali. Għal darb’oħra Malta rnexxielha tikseb riżultati tajbin. Skond ir-rapport, “L-aqwa erba’ pajjiżi fl-Availability Benchmark huma: l-Estonja, l-Irlanda, Malta u l-Lussemburgu. F’dawn il-pajjiżi, politika b’saħħitha u proattiva dwar l-eProcurement swiet ħafna biex issaħħaħ d-disponibbiltà u l-viżibilità ta’ ħafna mill-awtoritajiet.” |
| Ir-rapport dwar Malta jgħid ukoll | li “Malta tikkonferma l-qabża kontinwa mill-bidu tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan l-eżerċizzju fl-2004. Issa Malta reġgħet għamlet qabża oħra u tinsab fil-quċċata flimkien mal-Portugall. Is-servizzi tal-eGovernment huma kompletament online u Malta kisbet il-grad ta’ 100% anke għall-online sophistication.” Dan jikkonfermal-impenn u l-ħidma kontinwa tal-Gvern lejn l-implimentazzjoni tal-programm eGovernment. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en