Left arrow Mur Lura

JINSABU FI STADJU AVVANZAT IX-XOGĦLIJIET TAT-TIENI U T-TIELET FAŻI TAL-IMMODERNIZZAR TAL-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN

pr2004
Date Icon 19/11/2009
Fl-Impjant għat-Trattamenttal-Iskart f’Sant’Antnin, Marsaskala, issa beda l-ittestjar tat-tieni fażi tal-immodernizzar, li hija l-Impjant għat-Trattament Mekkaniku (Mechanical Treatment Plant – MTP). Din il-parti ser tittratta massimu ta’ 35,000 tunellata ta’ skart muniċipali (organiku) kull sena, li ser jibda jiġi f’dan l-impjant minflok ma jmur l-engineered landfill.
Dan intqalmill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, li llum flimkien ma’ uffiċjali ta’ WasteServ Malta Ltd, żar x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq it-tieni u t-tielet fażi tal-impjant, li issa qegħdin fi stadju avvanzat.
L-għan tal-MTP huwa li jisseparau jipprepara l-iskart li jidħol għad-digestion, u l-iskart li ser ikun qed jgħaddi minn din is-sezzjoni tal-impjant huwa stimat li ser jinqasam kif ġej: il-parti organika (wet fraction – 53%), l-RDF li ser ikun maħżun (21%), u l-iskart riċiklabbli bħall-metall li jmur fl-MRF (Material Recovery Facility, li nfethet u ilha topera minn Frar 2008) sabiex jintbagħat għar-riċiklaġġ (4%). Il-bqija biss (rejects – 22%), imur fl-engineered landfill. B’hekk ikun jista’ jinbeda l-proċess li bih ser tiġi rkuprata l-enerġija u jsir il-kompost mill-iskart filwaqt li tiġi salvata aktar il-ħajja tal-landfill.
It-tielet fażi tal-impjant, diktat-tankijiet tad-Diġestjoni, hija maħsuba li ser tibda tiġi kkummissjonata s-sena d-dieħla. Kif jitlesta dan l-ikkummissjonar, imbagħad, matul l-ewwel sena, l-impjant ser ikun imħaddem mill-kuntrattur qabel ma jgħaddi f’idejn il-WasteServ.
Il-Ministru Pullicino waqt diniż-żjara qal li “Għalkemm f’pajjiżna għamilna avvanzi kbar fejn jidħlu l-engineered landfills u għalaqna l-miżbliet kollha mhux ikkontrollati, iż-żmien li wieħed jaħżen l-iskart f’engineered landfills għad isir xi ħaġa tal-imgħoddi wkoll. F’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’mod jew ieħor, billi jiġi rriċiklat, tiġi rkuprata l-enerġija minnu u/jew inkella jsir il-kompost. Il-bqija biss, jiġi inċinerat jew inkella jmur fl-engineered landfills.”
Dan l-impjant huwa maħsub lijiġġenera b’madwar kemm jikkonsmaw enerġija 1,400 familja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow