JINSABU FI STADJU AVVANZAT IX-XOGĦLIJIET TAT-TIENI U T-TIELET FAŻI TAL-IMMODERNIZZAR TAL-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN
pr2004
19/11/2009
| Fl-Impjant għat-Trattament | tal-Iskart f’Sant’Antnin, Marsaskala, issa beda l-ittestjar tat-tieni fażi tal-immodernizzar, li hija l-Impjant għat-Trattament Mekkaniku (Mechanical Treatment Plant – MTP). Din il-parti ser tittratta massimu ta’ 35,000 tunellata ta’ skart muniċipali (organiku) kull sena, li ser jibda jiġi f’dan l-impjant minflok ma jmur l-engineered landfill. |
| Dan intqal | mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, li llum flimkien ma’ uffiċjali ta’ WasteServ Malta Ltd, żar x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq it-tieni u t-tielet fażi tal-impjant, li issa qegħdin fi stadju avvanzat. |
| L-għan tal-MTP huwa li jissepara | u jipprepara l-iskart li jidħol għad-digestion, u l-iskart li ser ikun qed jgħaddi minn din is-sezzjoni tal-impjant huwa stimat li ser jinqasam kif ġej: il-parti organika (wet fraction – 53%), l-RDF li ser ikun maħżun (21%), u l-iskart riċiklabbli bħall-metall li jmur fl-MRF (Material Recovery Facility, li nfethet u ilha topera minn Frar 2008) sabiex jintbagħat għar-riċiklaġġ (4%). Il-bqija biss (rejects – 22%), imur fl-engineered landfill. B’hekk ikun jista’ jinbeda l-proċess li bih ser tiġi rkuprata l-enerġija u jsir il-kompost mill-iskart filwaqt li tiġi salvata aktar il-ħajja tal-landfill. |
| It-tielet fażi tal-impjant, dik | tat-tankijiet tad-Diġestjoni, hija maħsuba li ser tibda tiġi kkummissjonata s-sena d-dieħla. Kif jitlesta dan l-ikkummissjonar, imbagħad, matul l-ewwel sena, l-impjant ser ikun imħaddem mill-kuntrattur qabel ma jgħaddi f’idejn il-WasteServ. |
| Il-Ministru Pullicino waqt din | iż-żjara qal li “Għalkemm f’pajjiżna għamilna avvanzi kbar fejn jidħlu l-engineered landfills u għalaqna l-miżbliet kollha mhux ikkontrollati, iż-żmien li wieħed jaħżen l-iskart f’engineered landfills għad isir xi ħaġa tal-imgħoddi wkoll. F’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’mod jew ieħor, billi jiġi rriċiklat, tiġi rkuprata l-enerġija minnu u/jew inkella jsir il-kompost. Il-bqija biss, jiġi inċinerat jew inkella jmur fl-engineered landfills.” |
| Dan l-impjant huwa maħsub li | jiġġenera b’madwar kemm jikkonsmaw enerġija 1,400 familja. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en