MAGĦŻULIN 30 PROĠETT MILL-EWWEL SEJĦA FL-ISKEMA TA’ GĦOTJIET LILL-INTRAPRIŻI MINN FONDI EWROPEJ GĦALL-PROĠETTI TA’ TURIŻMU SOSTENIBBLI
pr1993
18/11/2009
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco dalgħodu ħabbar li kienu ntagħżlu 30 proġett li se jibbenefikaw mill-iskema ta’ għotjiet lill-intrapriżi għall-proġetti ta’ turiżmu sostenibbli, li b’kollox tammonta għal 10 miljun ewro ta’ fondi Ewropej.
| Dawn it-30 proġett kienu approvati wara l-ewwel | sejħa tal-iskema li saret aktar kmieni din is-sena, filwaqt li t-tieni sejħa tagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. L-aħħar sejħa mistennija ssir s-sena d-dieħla. L-infiq totali tal-proġetti magħżulin wara l-ewwel sejħa mistennija jlaħħqu aktar minn €4.6 miljuni, li ftit aktar minn €2 miljuni minnhom se joħorġu minn fondi Ewropej ta’ din l-iskema. |
| Dr de Marco qal li d-diversità tal-proġetti | magħżulin turi li l-prattika tat-turiżmu sostenibbli tista’ tinfirex fuq setturi varji li jinkludu l-isport, il-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin; u din l-iskema hija maħsuba biex tilħaq diversi tipi ta’ udjenzi, minn assoċjazzjonijiet non-governattivi, għaqdiet sportivi, intrapriżi żgħar mmexxijin minn membri tal-istess familja u anke gruppi ta’ kumpaniji kbar kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex. Dawn joperaw f’setturi differenti ta’ din l-industrija u jinkludu skejjel tal-lingwi, ċentri tad-diving, lukandi ta’ klassifikazzjoni differenti, ristoranti, mużewijiet u kif ukoll attrazzjonijiet oħrajn. |
| Eżempji prattiċi tal-proġetti magħżulin huma | dawk ta’ investiment minn skola tal-lingwa li se ttejjeb il-faċilitajiet fejn jingħata t-taħriġ u kif ukoll dak tal-akkomodazzjoni; skola tad-diving li se tkun qed tinvesti f’compressor u apparat ieħor ġdid u kif ukoll f’metodi ġodda ta’ marketing elettroniku; lukanda f’Għawdex li se tkun qed tagħmel upgrade fl-iSpa b’apparat modern; attrazzjoni turistika relatata mat-tradizzjoni antika tal-ħobż Malti, fejn se jkun restawrat forn antik u permezz tiegħu, il-viżitaturi se jkunu jistgħu jesperjenzaw il-mod kif isir il-ħobż; servizz ta’ audioguide b’7 lingwi differenti fil-Belt Valletta li jopera bil-GPS; u kif ukoll proġett minn klabb tal-futbol li se jkun qed itejjeb il-faċilitajiet tiegħu sabiex jospita turiżmu sportiv. |
| Hu spjega li l-għan fundamentali tal-iskema | hu dak li tkabbar l-importanza tal-iżvilupp tat-turiżmu b’mod sostenibbli li jagħti attenzjoni b’mod speċjali lill-ħarsien tal-ambjent, l-opportunitajiet ugwali għal kulħadd, l-użu tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni, it-tkabbir tal-innovazzjoni u l-impjiegi fis-settur kif ukoll it-twettiq tal-‘Politika Nazzjonali tat-Turiżmu’. Dan isir billi l-iskema tagħti l-għajnuna finanzjarja fuq erba’ kriterji: l-upgrade tal-prodott; il-marketing; l-aspett ta’ IT; u l-innovazzjoni. |
| Dr de Marco saħaq ukoll fuq il-fatt li | diversi proġetti magħżulin qegħdin jindirizzaw ukoll l-istaġjonalità tal-industrija tat-turiżmu billi qed jiffukaw fuq kif jistgħu jattiraw it-turisti fil-perjodi meqjusin aktar kwieti. |
| Dr de Marco temm jgħid li din l-iskema u | skemi simili jagħmluha aktar faċli sabiex is-settur privat ukoll jagħmel il-parti tiegħu. Huwa ħeġġeġ lill-imprendituri sabiex jieħdu vantaġġ kemm mill-iskema tal-fondi Ewropej u kif ukoll mill-iskema nazzjonali ta’ sussidji fuq ir-rata tal-interessi biex flimkien il-gvern u s-settur privat ikabbru l-kompetittività ta’ Malta. |
| L-Iskema hija mmaniġġjata mit-Taqsima tat-Turiżmu | u Żvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għal kwalunkwe informazzjoni jew għajnuna wieħed għandu jibgħat email lil tourismschemes.opm@gov.mt jew iżur is-sit www.tourismschemes.gov.mt |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en