Left arrow Mur Lura

INDIRIZZ MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA,  FIT-TNEDIJA TAD-DOKUMENT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-EPATITE B – VALLETTA – 17 TA’ NOVEMBRU 2009

pr1990
Date Icon 17/11/2009
Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzja lilkom il-ġurnalisti talli għal darb’oħra għoġobkom tkunu magħna biex twasslu l-informazzjoni li nkunu nixtiequ nwasslu lill-poplu Malti.
Illum qegħdinhawn proprju biex ngħarrfu dwar policy nazzjonali fuq il-marda tal-epatite B fil-post tax-xogħol.   L-epatite B hija marda infettiva fejn persuna jkollha l-mikrobu tal-epatite B fil-ġisem tiegħu. Huwa stmat li terz tal-popolazzjoni tad-dinja huma infettati bil-mikrobu tal-epatite B. Dawn  jinkludu nies li għandhom il-marda akuta fejn ikun hemm sintomi ta’ suffejra, qtugħ ta’ aptit, għejja, deni u urina skura u anke dawk b’marda kronika li ħafna drabi ma’ juru l-ebda sintomi.  Is-sitwazzjoni f’Malta tvarja matul is-snin fejn ġeneralment ikun hemm inqas minn għaxar kazijiet ta’ epatite B akuta fis-sena. Is-sena l-oħra kien hemm erba’ każijiet akuti.
Minn studju lisar fis-sena 2002, insibu li il-percentaġġ ta nies li għandhom l-epatite huwa fil-livell ta’ 0.94%.
L-epatite Btittieħed b’diversi modi li jinkludu:

·        Kuntatt sesswali

·        Omm infettata lit-tarbija

·        Sharing ta’ labar infettati fid-drogati

·        Tingiz fil-gisem bi strumenti infettati

·        Transfussjoni ta’ demm infettat (hawn Malta d-demm jigi screened u għalhekk huwa safe).

Tajjeb hawnwieħed isserraħ ras in-nies li labar li jintużaw fi sptarijiet u kliniċi f’Malta  huma disposable u għalhekk m’hemmx lok ta’ trasmissjoni minn dan il-mod.
Din hi mardainfettiva u għalhekk hemm lok għal prevenzjoni tal-firxa ta’ din il-marda.  Irridu naghmlu enfasi fuq aktar għarfien dwar din il-marda u kif tittieħed, biex b’hekk wieħed jieħu il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.
Ommijiet li jkunse jkollhom tarbija jiġu offruti li jsirilhom it-test ta’ l-epatite B biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tipproteġi lit-tarbija.
Nies li jieħdu d-drogajingħataw labar u siringi b’xejn biex innaqsu l-firxa ta’ din il-marda fost id-drogati.  Tattoo clinics jiġu rregolati biex nassiguraw li jkollhom strumenti ndaf u jittieħdu prewkazzjonijiet.
Fi sptarijiet ukliniċi, il-labar li jintużaw huma disposable u strumenti oħra jiġu sterilizzati biex jitnaqqas ir-riskju b’dan il-mod.
Bħala mezz ta’prevenzjoni hemm it-tilqima kontra dan il-virus li hija offruta lit-tfal kollha fl-iskeda tat-tilqim nazzjonali. Hija ukoll offruta lin-nies li jaħdmu fil-kura tas-saħħa.
Din il-policyli se nippreżentaw illum hija bbażata dwar il-prevenzjoni tal-marda tal-epatite B f’postijiet tax-xogħol, Din tapplika kemm ghal postijiet pubblici, kif ukoll private u anke għall-individwi
Din il-policyhija ħidma ta’ grupp ta’ professjonisti f’dan il-qasam u għandha l-għan li tipproteġi kemm lill-ħaddiem kif ukoll lill-pazjent.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow