Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg jinawgura proġett ta’ Libreriji ta’ Kotba Maltin fi Brussell u l-Lussemburgu
pr1986
17/11/2009
| Il-Viċi Prim | Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg inawgura proġett ta’ libreriji ta’ kotba Maltin għat-tfal Maltin fl-iskejjel Ewropej li jgħallmu l-Malti fi Brussell u fil-Lussemburgu. Il-kotba ser iservu biex ikun hemm għażla ikbar minn fejn l-istudenti jissellfu kotba u b’hekk ikomplu japprezzaw il-kultura u l-lingwa Maltija. |
| Dan l-avveniment, | li seħħ fil-15 ta’ Novembru 2009, f’Dar Malta fi Brussell, ġie organizzat fuq l-inizjattiva tar-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belgju u l-Lussemburgu, is-Sur Pierre Clive Agius, flimkien mal-Cultural Diplomacy Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. |
| Fl-introduzzjoni | tiegħu, l-Ambaxxatur Pierre Clive Agius semma kif illum it-tfal Maltin għandhom għażla vasta u varjata ta’ kotba bil-Malti. Dawn huwa possibbli grazzi għax-xogħol siewi ħafna li qed jagħmlu l-pubblikaturi u l-awturi Maltin, li aktar ma’ jgħaddi ż-żmien dejjem qed jippublikaw kotba ta’ livell għoli u li jkopru diversi oqsma. |
| Il-Viċi Prim Ministru tkellem rigward l-importanza | ta’ l-użu tal-Malti. Huwa stqarr li jħossu kburi li jista’ jitkellem bil-Malti waqt laqgħat ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Borg irrefera wkoll għall-Konvenzjoni li ser issir f’Malta f’Marzu ta’ l-2010 ta’ assoċjazzjonijiet tal-Maltin li qed jgħixu barra minn Malta. |
| Din | il-Konvenzjoni, kompla jgħid il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, ser isservi biex tindirizza l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn xtutna u biex jitressqu inizjattivi ġodda. |
| Huwa grazzi | għall-għajnuna ta’ l-isponsors (Allied Publications, Fanny Jo Publications, Librerija Preca, Merlin Library, Midsea Books Ltd. u Rita Antoinette Borg) li kien possibbli li jinġabru dawn il-kotba biex jingħataw lill-libreriji ta’ l-iskejjel Ewropej. |
| Fl-iskejjel | Ewropej li jgħallmu l-Malti fil-Belġju u l-Lussemburgu hemm tliet għalliema tal-Malti li qed jgħallmu 41 student. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en