PASS IEĦOR SABIEX L-ILMA JIBQA’ SOSTENIBBLI
pr1985
16/11/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | George Pullicino ħabbar li permezz tal-avviż legali numru 249/2009 daħlu fis-seħħ ċertu miżuri u regolamenti tal-2004 sabiex jiġi protett l-ilma ta’ taħt l-art u jkun regolat il-bejgħ tal-ilma bil-bowsers. |
| Il-miżura prinċipali li biha qiegħed jiġi | regolat il-bejgħ tal-ilma bil-bowsers hija li dawn issa se jkunu obbligati li jagħmlu dan taħt liċenzja maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Għal dan il-għan l-Awtorità ħejjiet applikazzjoni li għandha timtela minn kull operatur eżistenti li jbiegħ ilma bil-bowser sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2009. |
| L-Ing Anthony Rizzo, CEO tal-Awtorità ta’ Malta | dwar ir-Riżorsi, spjega li f’din l-applikazzjoni, l-operaturi għandhom jagħtu numru ta’ dettalji, fosthom id-dettalji tal-bowsers kollha li bihom iwettqu din l-attività kummerċjali, kif ukoll id-dettalji ta’ dawk is-sorsi li minnhom jittella’ l-ilma. L-operaturi jridu jkunu konformi mal-liġijiet kollha, fosthom mar-regolamenti tal-ADT għal dak li jirrigwarda l-liċenzar tal-vetturi fit-triq u li qegħdin jintużaw għal dan l-iskop. |
| Intant waqt din il-konferenza stampa ġie spjegat | li l-ħruġ ta’ liċenza lill-operaturi bil-bowser se jkunu suġġetti għal ċertu kondizzjonijiet fosthom; |
- li l-vetturi li jintużaw għal din l-attività se jkunu armati bl-loading u tracking device elettroniku li juri l-moviment tal-vettura waqt il-ġarr tal-ilma;
- li s-sorsi tal-ilma użati mill-operaturi se jkunu immiterjati;
- li l-liċenzja maħruġa mill-Awtorità tinkludi ċerti kundizzjonijiet sabiex l-operaturi jiġu xprunati li jagħtu servizz aħjar lill-konsumaturi tagħhom.
| Fost dawn insibu kundizzjonijiet | fejn il-bowsers tal-ilma jkunu immarkati sabiex il-konsumatur jkun jaf għal xiex il-bowser huwa liċenzjat li jġorr l-ilma, jiġifieri ilma għax-xorb, ilma sekondarju (jiġifieri ilma li mhux tajjeb għax-xorb iżda tajjeb fost oħrajn għat-tisqija) jew ilma baħar. |
| Il-Ministru Pullicino sostna li dan huwa pass | iehor sabiex l-ilma li huwa riżorsa tant importanti jibqa’ sostenibbli. Huwa fakkar kif is-sena l-oħra l-Awtorità għamlet proċess ta’ notifikar ta’ boreholes u spieri tal-ilma sabiex bih tittieħed stampa ċara ta’ kemm jeżistu minnhom f’pajjiżna. Il-Ministru sostna li dawn id-deċiżjonijiet biex ikun ikkontrollat l-estrazzjoni tal-ilma huma fl-aħjar interess ta’ kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en