Skema ta’ tnaqqis ta’ multi u interessi: Estensjoni ta’ sottomissjoni ta’ formoli neqsin
pr1982
16/11/2009
| Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni javża li d-data | li fiha kellu jagħlaq iż-żmien biex wieħed jissottometti l-formoli li kellu neqsin, u hekk ikun jista’ jibbenefika mill-iskema ta' tnaqqis ta' multi u interessi, se tkun estiża sal-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2009. |
| Din | id-data tgħodd għall-individwi u għall-kumpanniji, u tgħodd kemm għall-formoli sottomessi manwalment kif ukoll on-line. |
| Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi wieħed | icempel: 2296 2296 / 8007 2297 |
| Dipartiment tat-Taxxi Interni, Floriana (Blokk | 4) mit-8.00 am sat-3.30 pm. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en