Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli iħabbar l-ammont ta’ Parteċipanti fil-Konkors Letteratura għall-Adoloxxenti

pr1978
Date Icon 14/11/2009
Is-SegretarjatParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb matul ix-xhur li għaddew embarkaw fuq proġett li għandu l-iskop li jixpruna letteratura li tkun immirata għal udjenza żagħżugħa.
Għal dan il-proġett,li jikonsisti f’konkors ta’ letteratura għall-Adoloxxenti, kien hemm interess tajjeb ħafna, tant li daħlu 26 manuskritt għalih. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb fiċ-Centru tal-Mediterran għal-Konferenzi, il-Belt. Il-konferenza kienet indirizzata ukoll mill-president tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Dr Ġorġ Mallia.
Dan il-proġett sejagħti l-opportunità biex fuq medda ta’ snin tiżdied il-letteratura għaż-żagħżagħ u l-adoloxxenti li fil-preżent jinħass in-nuqqas tagħha.
L-awturi kienumistiedna biex jissottomettu l-manuskritti tagħhom, li riedu jkunu jikkonsistu f’bejn l-20,000 u l-25,000 kelma, skond regolamenti li ġew stabbiliti għall-konkors.  Id-data għall-għeluq tas-sottomissjonijiet kienet il-11 ta’ Novembru 2009.  Issa se jibda l-proċess tal-għażla ta’ żewġ testi rebbieħa li se ssir minn ġurija esperta.
Kull wieħed miż-żewġrebbieħa se jieħu premju ta’ €1,000 u trofew.  Se jingħata ukoll premju speċjali lil awtur żgħażugħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, li jkollu l-aħjar biċċa xogħol ta’ kitba, sakemm dan ma jkunx ħa wieħed miż-żewġ premjijiet ewlenin.
L-awtur żagħżugħ lijirbaħ il-kategorija stipulata se jingħata possibiltà ta’ taħriġ biex ikun jista’ itejjeb il-ħiliet tiegħu fil-qasam.  Dan il-proċess hu parti mill-inizjattivi li qegħdin jittieħdu biex aktar żgħażagħ jieħdu sehem fi proċess ta’ ‘Empowerment’sabiex ikunu attivi fis-soċjetà li qed jgħixu fiha.
Ir-rebbieħatal-konkors se jitħabbru f’Jannar, meta mbagħad jibda l-proċess li jwassal għall-pubblikazzjoni tar-rumanzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow