INDIRIZZ MILL- ONOREVOLI SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. JOE CASSAR FL-OKKAŻŻJONI TAL-JUM DINJI TAD-DIABETE WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-MALTA DIABETES ASSOCATION
pr1976
14/11/2009
| L’Erbatax ta’ Novembru hija l-ġurnata | ddedikata għall-kundizzjoni tad-dijabete. Madwar id-dinja kollha issir kampanja t’informazzjoni u għarfien fuq din il-kundizzjoni. Din il-ġurnata hija wkoll rikonoxxuta bħala l-Jum Dinji tad-Dijabete mill-Ġnus Magħquda. |
| Għad-dijabetiku, din l-kundizzjoni hija piż | li jrid iġorr miegħu is-sena kollha. Ghalhekk mhux biżżejjed li nagħmlu ġurnata fis-sena niffukaw fuq id-dijabete u l-problemi li ġġib magħha kemm għall-pazjent innifsu kif ukoll għal dawk ta’ madwaru. Hemm bżonn ta’ għarfien matul is-sena kollha. |
| Din is-sena, l-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete | ħasbet biex torganizza seminar bit-tema ‘Il Ħajja bid-Dijabete’. Li jkollok din il-kundizzjoni ġa hija ta’ piż kbir, iżda huwa ta’ piż akbar li tkun taf tgħix b’din il-kundizzjoni. Piż kbir li tkun taf tikontrolla il-liveli taz-zokkor, li jżomm dieta tajba u li tagħmel eżercizzju fiżiku ta’ spiss. |
| Jiena infurmat li s-Seminar ta’ llum se | jiffoka fuq il-bniedem li qed jgħix bid-dijabete – jiġifieri l-persuna li għandu din il-kundizzjoni u se jsir emfasi partikolari fuq dawk in-nies li ghandhom inqas minn 55 sena. Is-seminar se jiddiskuti d-dijabete minn perspettiva wiesa’ – in-nutrizzjoni, l-ezzercizzju, kontroll tajjeb taz-zokkor, u oqsma oħra t’importanza. Se jkollna ukoll xi nies li ghadhom id-dijabete li se jaqsmu l-esperjenza taghhom maghna. |
| Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete | tistma li hawn madwar 246 miljun persuna madwar id-dinja kollha bid-dijabete. Sfortunament, is-sitwzzjoni mhux ser titjieb u sas-sena 2025 din il-figura se tiżdied għall madwar 380 miljun persuna. Kull sena 7 miljun persuna jiżvillupaw b’din il-kundizzjoni, waqt li kull għaxar sekondi madwar id-dinja persuna tmut bid-dijabete. Huma fuguri allarmanti; għaldqastant huwa importanti li jinħolqu aktar kampanji edukattivi biex ikun hawn aktar għarfien biex fejn nistgħu nippruvaw nilqgħu minn qabel. |
| F’Malta, in-numru ta’ dijabetici huwa | pjuttost għoli – hawn madwar 10% tal-popolazzjoni rreġistrata bħala dijabetici u numru ta’ nies oħra li għandhom id-dijabete u ma jafux biha. Hemm bżonn ta’ tagħrif kontinwu sabiex id-dijabetici jibdew jieħdu r-riedni f’idejhom u jagħmlu dak il-pass għaqli ħalli jikkontrollaw il-livell taz-zokkor u b’hekk ibgħedu kemm jista’ jkun l-komplikazzjonijiet. M’huwiex biżżejjed li nsegwu biss dak li jgħidilna t-tabib u nieqfu hemm. Id-dijabete hija tagħna u jrid ikollna t-tagħrif meħtieġ biex inkunu nafu li dak kollu li qed nagħmlu u dak li nieklu huwa ta’ ġid għal saħħitna. Id-Dipartment tas-Saħħa, permezz ta’ `Diabetes u Endocrine Unit’ fi ħdan l-Isptar Mater Dei u permezz ta servizzi fil-kura primarja jghinu biex persuna jaghraf li ghandu id-dijabete u jaghraf kif ghandu jiehu hsiebha. Barra minn hekk id-Dipartiment ghall Promozzjoni tas-Sahha u Prevenzzjoni tal-mard jahdem biex jghin lil poplu Malti ghix stil ta hajja ahjar biex nevitaw mard bhal dan tad-dijabete. |
| L’Okkażżjoni tal-llum, se tgħin biex insaħħu | l-għarfien fuq din il-kundizzjoni bl’għan aħħari li l-persuna bid-dijabete jgħix ħajja normali bl-inqas xkiel u problemi. |
| Jiena nawgura lil Għaqda Maltija Kontra d-Dijabete | kull suċċess fix- xogħol li qed twettaq. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en