Left arrow Go Back

INDIRIZZ MILL- ONOREVOLI SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. JOE CASSAR FL-OKKAŻŻJONI TAL-JUM DINJI TAD-DIABETE WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-MALTA DIABETES ASSOCATION

pr1976
Date Icon 14/11/2009
L’Erbatax ta’ Novembru hija l-ġurnataddedikata għall-kundizzjoni tad-dijabete. Madwar id-dinja kollha issir kampanja t’informazzjoni u għarfien fuq din il-kundizzjoni. Din il-ġurnata hija wkoll rikonoxxuta bħala l-Jum Dinji tad-Dijabete mill-Ġnus Magħquda.
Għad-dijabetiku, din l-kundizzjoni hija piżli jrid iġorr miegħu is-sena kollha. Ghalhekk mhux biżżejjed li nagħmlu ġurnata fis-sena niffukaw fuq id-dijabete u l-problemi li ġġib magħha kemm għall-pazjent innifsu kif ukoll għal dawk ta’ madwaru. Hemm bżonn ta’ għarfien matul is-sena kollha.
Din is-sena, l-Għaqda Maltija kontra d-Dijabeteħasbet biex torganizza seminar bit-tema ‘Il Ħajja bid-Dijabete’. Li jkollok din il-kundizzjoni ġa hija ta’ piż kbir, iżda huwa ta’ piż akbar li tkun taf tgħix b’din il-kundizzjoni. Piż kbir li tkun taf tikontrolla il-liveli taz-zokkor, li jżomm dieta tajba u li tagħmel eżercizzju fiżiku ta’ spiss.
Jiena infurmat li s-Seminar ta’ llum sejiffoka fuq il-bniedem li qed jgħix bid-dijabete – jiġifieri l-persuna li għandu din il-kundizzjoni u se jsir emfasi partikolari fuq dawk in-nies li ghandhom inqas minn 55 sena. Is-seminar se jiddiskuti d-dijabete minn perspettiva wiesa’ – in-nutrizzjoni, l-ezzercizzju, kontroll tajjeb taz-zokkor, u oqsma oħra t’importanza. Se jkollna ukoll xi nies li ghadhom id-dijabete li se jaqsmu l-esperjenza taghhom maghna.
Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabetetistma li hawn madwar 246 miljun persuna madwar id-dinja kollha bid-dijabete. Sfortunament, is-sitwzzjoni mhux ser titjieb u sas-sena 2025 din il-figura se tiżdied għall madwar 380 miljun persuna. Kull sena 7 miljun persuna jiżvillupaw b’din il-kundizzjoni, waqt li kull għaxar sekondi madwar id-dinja persuna tmut bid-dijabete. Huma fuguri allarmanti; għaldqastant huwa importanti li jinħolqu aktar kampanji edukattivi biex ikun hawn aktar għarfien biex fejn nistgħu nippruvaw nilqgħu minn qabel.
F’Malta, in-numru ta’ dijabetici huwapjuttost għoli – hawn madwar 10% tal-popolazzjoni rreġistrata bħala dijabetici u numru ta’ nies oħra li għandhom id-dijabete u ma jafux biha. Hemm bżonn ta’ tagħrif kontinwu sabiex id-dijabetici jibdew jieħdu r-riedni f’idejhom u jagħmlu dak il-pass għaqli ħalli jikkontrollaw il-livell taz-zokkor u b’hekk ibgħedu kemm jista’ jkun l-komplikazzjonijiet. M’huwiex biżżejjed li nsegwu biss dak li jgħidilna t-tabib u nieqfu hemm. Id-dijabete hija tagħna u jrid ikollna t-tagħrif meħtieġ biex inkunu nafu li dak kollu li qed nagħmlu u dak li nieklu huwa ta’ ġid għal saħħitna. Id-Dipartment tas-Saħħa, permezz ta’ `Diabetes u Endocrine Unit’ fi ħdan l-Isptar Mater Dei u permezz ta servizzi fil-kura primarja jghinu biex persuna jaghraf li ghandu id-dijabete u jaghraf kif ghandu jiehu hsiebha. Barra minn hekk id-Dipartiment ghall Promozzjoni tas-Sahha u Prevenzzjoni tal-mard jahdem biex jghin lil poplu Malti ghix stil ta hajja ahjar biex nevitaw mard bhal dan tad-dijabete.
L’Okkażżjoni tal-llum, se tgħin biex insaħħul-għarfien fuq din il-kundizzjoni bl’għan aħħari li l-persuna bid-dijabete jgħix ħajja normali bl-inqas xkiel u problemi.
Jiena nawgura lil Għaqda Maltija Kontra d-Dijabetekull suċċess fix- xogħol li qed twettaq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow