STRATEGIJA TA’ ZVILUPP LOKALI GĦAL GĦAWDEX
pr1975
14/11/2009
| Illum saret | konferenza finali biex tagħlaq il-proċess ta’ konsultazzjoni li kien qed imexxi l-Gozo Action Group sabiex ikun jista’ jfassal Strategija ta’ Żvilupp Lokali taħt il-programm tal-Unjoni Ewropeja LEADER. |
| Il-proċess ta’ | konsultazzjoni f’Għawdex ilu għaddej għal dan l-aħħar xahar u matulu saru laqgħat fil-kunsilli lokali kollha. Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi l-elementi prinċipali tal-istrateġija għal-Għawdex. Minbarra dawn il-laqgħat saru wkoll laqgħat oħra settorjali ma’ partijiet interessati partikolari. |
| L-għan | tal-inizjattiva LEADER huwa li jtejjeb l-iżvilupp sostenibbli rurali. L-inizzjattiva tiffoka billi tgħaqqad flimkien is-settur pubbliku mas-settur privat, operaturi fil-qasam tal-agrikoltura, operaturi fit-turiżmu, kif ukoll NGO’s. |
| Tliet Local Action | Groups ġew iffurmati biex jilħqu l-maġġoranza rurali ta’ Malta u Għawdex. Dawn huma l-Grupp ta’ Azzjoni Għawdex, dak tal-Majjistral u dak tax-Xlokk, li bejniethom jiġbru taħt il-kappa tagħhom 40 lokalità rurali. Kull Local Action Group ingħata €90,000 biex ifassal strateġija għall-iżvilupp lokali. |
| Waqt il-konferenza | f’Ghawdex is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, qal li l-konsultazzjoni li saret se tgħin biex is-soluzzjonijiet għall-isfidi li jiffaċċjaw il-lokalitajiet Għawdxin ikunu qed jiġu ffaċċjati b’soluzzjonijiet ppjanati u maħsuba mir-residenti, għaqdiet u entitajiet tal-istess lokalitajiet Għawdxin. Dan se jwassal biex jinstabu l-aktar soluzzjonijiet adattati għall-problemi speċifiċi li jiffaċċja r-reġjun ta’ Għawdex. |
| Chris Said qal li l-programm | LEADER jiffoka fuq sistema fejn l-istrateġiji jiġu ppjanati minn isfel għal fuq u hekk l-akbar kontribut ikun qed jasal minn l-eqreb livell possibbli lejn ir-resident. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali qal li l-aħjar suġġerimenti u ideat li nġabru fil-konsultazzjoni wiesa’ li wettaq il-Gozo Action Group issa mistennija jigu nkluzi fl-istrateġija ta’ żvilupp lokali li se tindika t-tip ta’ azzjonijiet li se jkunu qed jiġu implimentati, kif ukoll iż-żminijiet stipulati għat-twettiq tagħhom. “Għalhekk il-konsultazzjoni ser isservi ta’ bażi għall-iżvilupp ta’ din l-istrateġija fil-lokalitajiet rurali”, qal is-Segretarju Parlamentari. |
| Il-konsultazzjoni | f’Għawdex waslet fi tmiemha fil-waqt li dik tal-Majjistral għada kif tnediet u fiż-żona tax-Xlokk din il-konsultazzjoni għaddejja bħalissa. L-istrateġiji tat-tliet Local Action Groups għandhom ikunu mfassla sal-aħħar ta’ Diċembru. |
| It-tip ta’ | inizjattivi li se jkunu koperti permezz ta’ fondi mill-Programm LEADER jinkludu inizjattivi fl-agrikoltura, fil-marketing, taħriġ u studju, kif ukoll investimenti kapitali fuq proġetti pjanati speċifikament għat-territorju u li ma jistgħux jiġu finanzjati minn fondi oħra. Għal dawn l-inizjattivi b’kollox hemm allokati kważi €4 miljun fuq medda ta’ 3 snin speċifikament għad-dispożizzjoni tat-tliet gruppi ta’ azzjoni, u li se jgħinu biex joħolqu differenza fiż-żoni rurali, kompla jgħid Chris Said. |
| Il-Ministru għal | Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva meħuda mill-Gozo Action Group li permezz tagħha Għawdex ikun jistà jibbenefika minn fondi tal-programm LEADER. Dawn jiżdiedu ma’ l-allokazzjoni ta’ fondi li għadhom kif tħabbru fl-estimi tas-sena finanzjarja li ġejja fejn ġew indirizzati €22 miljun fil-vot kapitali filwaqt li ġew garantiti €25 miljun fuq medda ta’ tlett snin fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proposti fi ħdan eko-Għawdex. |
| Il-ħidma li ser tkun | mwettqa fl-isfond tal-programm LEADER hija wkoll kompatibbli ma’ l-objettivi tal-viżjoni eko-Għawdex li hija mmirata lejn żvilupp sostenibbli għal gżira. Il-Ministru Giovanna Debono tkellmet ukoll dwar il-fatt li l-entitajiet li qed jikkollaboraw f’din l-inizjattiva ġew imwaqfa jew sabu għajnuna minn inizjattivi tal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar snin. Hija żiedet tgħid li permezz ta’ din il-kollaborazzjoni dawn l-entitajiet żviluppaw u kabbru l-esperjenzi u llum jiffurmaw forum rappreżentattiv u proattiv fl-oqsma soċjo-ekonomiċi kollha ta’ Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en