Left arrow Go Back

INVESTIMENT F’ĠENERAZZJONI TA’ ENERĠIJA NADIFA MIX-XEMX

pr1973
Date Icon 13/11/2009

Illum ġie ppubblikat avviż fil-Gazzetta tal-Gvern (paġna 13,905 - http://www.doi.gov.mt/EN/gazetteonline/2009/11/gazts/GG%2013.11.pdf )

għal dawk interessati sabiex jesprimu interessfi proġett li għandu jara 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binjiet pubbliċi b’panelli fotovoltajċi.
Dan il-pass li tħabbar ukoll fil-baġit li għadukemm ġie ppreżentat għas-sena 2010 jkompli jirrijafferma l-politika tal-Gvern dik li f’pajjiżna jiġġenera l-enerġija nadifa mir-riżorsi kollha li għandu disponibbli għalih fosthom ix-xemx, ir-riħ u l-iskart. Dan il-progett ikompli jgħin sabiex tintlaħaq il-mira li pajjiżna għandu dik li sas-sena 2020, jiġġenera 10% tal-ġenerazzjoni elettrika tiegħu minn sorsi nodfa ta’ enerġija.

Huwa stmat li l-installazzjoni tal-panelli fotovoltajċi se ssir b’investiment privat ta’ madwar €25 Miljun u se tkun iġġenerata enerġija daqs kemm jiġġeneraw madwar 1500 familja. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit www.solarenergy.gov.mt. 

Dan juri kemm il-Gvern kapaċi jdawwar l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet ta’ aktar xogħol kif ukoll jiggarantixxi ambjent u saħħa aħjar, għalina u għal ġenerazzjonijiet futuri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow