INDIRIZZ MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAD-DIJABETE - HEALTH CENTRE, MOSTA – IL-ĠIMGĦA, 13 TA’ NOVEMBRU 2009
pr1971
13/11/2009
| Illum ser nitkellem fuq suġġett kemmxejn vast, | jiġifieri d-dijabete. Għalina t-tobba, id-dijabete mhijiex marda iżda kundizzjoni, għaliex għalkemm ma titfejjaqx, tista' tiġi kkontrollata. |
| Ħafna jistaqsu kif jindunaw li jkollhom din | il-kundizzjoni. Spiss din ma tikkawża l-ebda sintomu. Fil-fatt l-iktar mod komuni ta' kif ssib id-dijabete fil-pazjenti tagħna hu waqt check up tad-demm. Skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, id-dijanjosi tad-dijabete tista' tiġi magħmula wara li jkun ġie ttestjat id-demm ta' pazjent sajjem. Għalhekk dan għandu jsir regolarment speċjalment f'etajiet avvanzati. |
| Biss meta tikkawża xi sintomi dawn ikunu xi | wieħed jew bosta minn dawn: għatx, urinazzjoni eċċessiva, telf ta' piż, telqa, u ħakk. |
| Drawwa popolari fost ċertu nies hi li 'jaħarqu' | l-urina biex jaraw għandhomx dijabete. Filwaqt li zokkor fil-pipi’ vera jista' jindika dijabete, wieħed għandu jkun jaf li d-dijabete trid tkun laħqet għamlet ċertu ħsara fil-kliewi qabel ma jitfaċċa z-zokkor fl-urina. |
| Nafu li din il-kundizzjoni hija pjuttost komuni | f’Malta fejn nafu li hawn madwar 10% tal-popolazzjoni li jafu li għandhom id-dijabete, imma żgur li hemm oħrajn li ma jafux biha. Huwa importanti li wieħed jagħraf li għandu din il-kundizzjoni biex jieħu l-mezzi biex jikkontrollha, li jinkludu xi tibdil fl-istil tal-ħajja bħal ikel u aktar attività fiżika u fejn hemm bżonn xi mediċina. Fil-fatt mill-Health Interview Survey li sar fil-2008 kien hemm 6% tal-popolazzjoni li jieħdu mediċina għad-dijabete. |
| Din l-inizjattiva tal-lum, li saret | bil-koordinazzjoni tad-Dipartiment għall-Kura Primarja u tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandha l-għan biex iżżid l-għarfien dwar din il-kundizzjoni. |
| Id-Dipartiment tal-Kura Primarja beda proġett | pilota li jinvolvi professjonisti fil-kura sekondarja u GP’s. Dan il-proġett ilu li beda għal dawn l-aħħar 14-il xahar, fejn qed naraw pazjenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa tagħna jaħdmu ma’ tim multi dixxiplinarju li jinkludi General Practitioners b’interess fid-dijabete flimkien ma’ Diabetologist mill-Isptar Mater Dei. F’dan il-programm, pazjent m’għandux għalfejn jattendi għal sessjonijiet regolari fl-Isptar Mater Dei għal follow up, imma huma referuti biss għal kura sekondarja f’każijiet fejn għandhom bżonn parir minn Diabetologist. B’dan il-mod il-listi ta’ stennija biex jaraw speċjalisti f’dan id-dipartiment naqas u l-appuntamenti huma għal dawk il-każi biss fejn huma bżonn Konsulent. Dan il-proġett qed isir fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, u diġà saru l-ewwel studji fuq dan il-proġett. Il- HbA1c bħalissa jinsab fil-livell ta’ 6.5%, li jikkumpara tajjeb ma’ valuri internazzjonali. Meta għamilna paragun ma’ tobba Irlandiżi sibna li r-riżultati huma simili. |
| Bħalissa qed ninstallaw software li ha | jillinkja s-sistema komputerizzata tal- Mater Dei ma’ dawk tal-Health Centres biex l-informazzjoni tal-pazjenti bid-dijabete jkunu jistgħu jinqraw f’post jew ieħor. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en