Left arrow Mur Lura

DONAZZJONI TA’ DEMM ORGANIZZATA MILL-AĠENZIJA TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA TA’ MALTA (MITA)

pr1967
Date Icon 12/11/2009
Bħas-snin ta’ qabel, l-Aġenzija tat-Teknoloġijatal-Informatika ta’ Malta (MITA) illum organizzat attività għall-għoti tad-demm quddiem l-uffiċini tagħha fi Blata l-Bajda.  MITA hija l-Aġenzija ewlenija tal-Gvern li hija responsabbli għall-politika, programmi u inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-ICT f’Malta.
Għal din l-inizjattiva, il-MITA ngħaqdet mal-Fondazzjonigħas-Servizzi Mediċi (FMS), mal-Management Efficiency Unit (MEU) u mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE).
Il-koordinatur ta’ din l-inizjattiva, NoelTabone qal “kienet suċċess u l-ħeġġa tal-impjegati biex jikkontribwixxu għall-għoti tal-ħajja kienet waħda ta’ ispirazzjoni”.  L-attività ħajret ‘il fuq minn 50 donatur. “Bi ftit sforz u f’ħin qasir kapaċi ssalva ħajja,” żied jgħid Noel.
Din l-inizjattivahija riżultat tal-impenn kontinwu li l-Aġenzija għandha lejn il-komunità. Il-MITA tawgura li permezz tal-inizjattiva tal-lum, kapaċi tkabbar l-għarfien dwar l-importanza li tagħti d-demm.
Iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demmjinsab fi Pjazza San Luqa fi Gwardamanġa u jiftaħ kuljum bejn it-8:00am u s-6:00pm, inkluż Ħdud u festi pubbliċi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow