DONAZZJONI TA’ DEMM ORGANIZZATA MILL-AĠENZIJA TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA TA’ MALTA (MITA)
pr1967
12/11/2009
| Bħas-snin ta’ qabel, l-Aġenzija tat-Teknoloġija | tal-Informatika ta’ Malta (MITA) illum organizzat attività għall-għoti tad-demm quddiem l-uffiċini tagħha fi Blata l-Bajda. MITA hija l-Aġenzija ewlenija tal-Gvern li hija responsabbli għall-politika, programmi u inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-ICT f’Malta. |
| Għal din l-inizjattiva, il-MITA ngħaqdet mal-Fondazzjoni | għas-Servizzi Mediċi (FMS), mal-Management Efficiency Unit (MEU) u mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). |
| Il-koordinatur ta’ din l-inizjattiva, Noel | Tabone qal “kienet suċċess u l-ħeġġa tal-impjegati biex jikkontribwixxu għall-għoti tal-ħajja kienet waħda ta’ ispirazzjoni”. L-attività ħajret ‘il fuq minn 50 donatur. “Bi ftit sforz u f’ħin qasir kapaċi ssalva ħajja,” żied jgħid Noel. |
| Din l-inizjattiva | hija riżultat tal-impenn kontinwu li l-Aġenzija għandha lejn il-komunità. Il-MITA tawgura li permezz tal-inizjattiva tal-lum, kapaċi tkabbar l-għarfien dwar l-importanza li tagħti d-demm. |
| Iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm | jinsab fi Pjazza San Luqa fi Gwardamanġa u jiftaħ kuljum bejn it-8:00am u s-6:00pm, inkluż Ħdud u festi pubbliċi. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en