IL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR INIEDI PROĠETT MARBUT MAL-UŻU EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA
pr1965
12/11/2009
| Aktar minn | 6,000 Ewro mill-Iskema tal-Użu Effiċjenti tal-Enerġija |
| Fi Triq Jean de | la Cassière f’San Pawl il-Baħar ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ dawl li jaħdem bl-enerġija tax-xemx. Dan il-proġett ġie jiswa ‘l fuq minn 7,000 Ewro fejn il-Kunsill Lokali bbenefika minn aktar minn 6,000 Ewro mill-Iskema ta’ Użu Effiċjenti tal-Enerġija. Din l-iskema kienet imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said żar dan il-proġett u faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali li ħataf l-opportunità offruta permezz tal-iskema msemmija u ħadem fuq proġett li juża enerġija alternattiva li tgħin biex jonqos it-tniġġiż tal-arja. |
| Chris Said qal li | l-Kunsill Lokali ssodisfa l-bżonn tar-residenti tat-triq li kienet għadha mhix imdawwla, iżda biex għamel dan ma marx għall-eħfef u l-aktar soluzzjoni faċli. Il-Kunsill fehem il-bżonn li kull lokalità trid tagħti s-sehem tagħha biex tittaffa l-problema tat-tniġġiż tal-arja u emmen li hu wkoll jista’ jagħmel xi ħaġa sabiex tingħeleb din l-isfida globali. |
| Is-sistema | mnedija f’San Pawl il-Baħar hija ddisinjata speċifikament għal Malta u dan jassigura li d-dawl ikun provdut b’mod konsistenti u effiċjenti. Apparti l-ispejjeż tal-elettriku din is-sistema se tiffranka spejjeż oħra bħalma huma dawk ta’ stallazzjoni ta’ metres, tħaffir tat-trinek fit-triq, stallazzjoni ta’ grid u oħrajn. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li mill-iskema għall-użu effiċjenti tal-enerġija bbenefikaw xejn anqas minn 41 kunsill lokali li bejniethom ħadu madwar 400,000 Ewro. Fost dawn kien hemm konsorzju ta’ 15-il kunsill lokali li ffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni sabiex iwettqu proġett flimkien u dawn ibbenefikaw minn aktar minn 200,000 Ewro. |
| Il-proġetti u | inizjattivi li qed jiġu mwettqa mill-kunsilli lokali jvarjaw minn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ effiċjenza għolja sa stallazzjoni ta’ solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali. |
| Chris Said | inkoraġġixxa lill-kunsilli lokali sabiex fl-inizjattivi u proġetti kollha tagħhom iżommu quddiem għajnejhom li huma wkoll jistgħu jikkontribwixxu biex tintrebaħ l-isfida tat-tniġġiż tal-arja u t-tibdil fil-klima u hekk jiġi assigurat li l-pajjiż kollu jkun qed jaħdem biex jilqa’ għal dik li hi sfida globali u li taffetwana direttament. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en