STQARRIJA mill Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport
pr1963
11/11/2009
| Il-flus għar-Riforma | fl-Edukazzjoni żdiedu u mhux tnaqqsu |
| Din is-sena l-Gvern ivvota €3.1 miljun oħra | biex jimplimenta r-riforma fl-Edukazzjoni. Is-sena l-oħra diġa’ kien ivvota €4.4 miljun. Dan ifisser li l-Gvern ivvota s-somma ta’ €7.5 miljun f’sentejn għar-riforma fl-Edukazzjoni li hi strateġija mifruxa fuq numru ta’ snin. Dawn il-flus marru f’riżorsi umani għaliex kienu ngaġġati numru ta’ professjonisti fil-qasam edukattiv biex jitjiebu s-servizzi mogħtija lill-istudenti fl-iskejjel tagħna. |
| Dan iġib fix-xejn dak li qal il-kelliem | tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi stqarrija li ħareġ il-bieraħ. |
| Fl-istess stqarrija l-kelliem tal-Oppożizzjoni | qal li s-sena li għaddiet il-Gvern ivvota €46 miljun għan-nefqa kapitali li minnhom intużaw biss ftit iżjed minn €19-il-miljun. |
| Anke hawn l-Onor Bartolo ma hux korrett. Il-vot | ta’ €46 miljun f’nefqa kapitali s-sena li għaddiet ma kienx biss għall-edukazzjoni imma wkoll għall-kultura u l-isport. Barra minn dan, sa tmiem din is-sena għad fadal numru ta’ kontijiet li jridu jitħallsu għal xogħlijiet li saru fi proġetti kapitali. Barra minn dan, din in-nefqa kapitali kienet tinkludi fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea li l-proġetti li jridu jsiru bihom huma mifruxa fuq numru ta’ snin. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en