Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1961
Date Icon 11/11/2009
Waqt li dalgħodu kienu għaddejjin xi xogħlijietfil-Marsa biswit il-Biċċerija, kienet irrapurtata ħsara fis-sistema tad-drenaġġ, preċiżament fil-fossa li qiegħda bejn Triq Troubridge u Triq il-Biċċerija.
Il-ħruġ ta’ drenaġġ kien jinkludi likwidu lijoriġina mill-Biċċerija. Immedjatament ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u fi ftit minuti l-ħaddiema kienu fuq il-post u bdew jaħdmu biex ineħħu l-materjal li kien qed isodd is-sistema tad-dranaġġ. Ittieħdet ukoll azzjoni immedjata biex jitnaqqas il-volum ta’ ilma li kien għaddej mis-sistema tad-drenaġġ tal-Biċċerija u sar il-ħasil tat-toroq.
Il-kawża tal-problema ġiet individwata uattribwita għal skart illegali fis-sistema. Ta’ min jgħid illi l-Biċċerija għandha filtri apposta ħalli jsaffu l-ilma tal-ħasil tal-impjant u biċċiet solidi ma jsibux posthom fis-sistema tad-drenaġġ. Minkejja dan xorta waħda jidher illi għadda xi materjal illegali u mhux eskluż illi dan il-materjal intefa’ fis-sistema minn fejn qed isiru ix-xogħlijiet. Qed issir investigazzjoni interna, b’assistenza mit-tekniċi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ħalli jigu stabbiliti l-fatti.
Ta’ min jgħid illi l-iskart kollu mill-Biċċerijajmur fl-inċineratur għat-trattament, però l-ilma li jintuża għall-ħasil tal-impjant imur fid-dranaġġ.
It-tmexxija tal-Biċċerija tiskuża ruħha għalkull inkonvenjent li ġie kkawżat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow