Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jindirizza seminar organizzat mill-K.N.P.D. “il-Kwalita’ tal-Ħajja tal-Persuni  b’Diżabilita’ f’Malta”

pr1960
Date Icon 11/11/2009
Is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor Jason Azzopardi llum indirizza l-għeluq tas-seminar “Il-Kwalità tal-Ħajja tal-Persuni b’Diżabilità f’Malta – Xi Tweġibiet miċ-Ċensiment 2005”, organizzat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD).
Dan is-seminarkellu l-għan li jippreżenta rapport li ħejjiet l-istess Kummissjoni li jitfa’ dawl fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabilità f’pajjiżna skond kif joħroġ miċ-Ċensiment tal-2005 tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jason Azzopardiqal li ċ-Ċensiment tal-2005 fetaħ tieqa informattiva fuq il-qasam tal-persuni b’diżabilità, qasam li statistikament ftit huwa magħruf dwaru mad-dinja kollha.
Fiċ-Ċensimenttal-2005 saret mistoqsija speċifika dwar il-qasam tal-persuni b’diżabilità li offriet sors enormi ta’ informazzjoni għal dan is-settur.  Bħalma jiġri dejjem, din l-informazzjoni kellha tiġi organizzata u studjata. Dan seħħ bl-għajnuna tal-NSO stess, illi wettqet eżerċizzji flimkien mal-KNPD li wasslu għal font ta’ informazzjoni dwar il-kwalità tal-ħajja tal-Persuni b’Diżabilità.
Jason Azzopardiqal li dan l-istudju għandu jwassal messaġġ importanti li l-issues tal-persuni b’diżabilità huma issues tal-pajjiż kollu, tal-poplu kollu. Mhumiex issues li tieħu ħsiebhom il-KNPD biss, jew il-Ministeru tal-Politika Socjali, jew il-volontarjat biss. Huma issues li jridu jiġu ndirizzati mill-entitajiet rispettivi tagħhom u għalhekk hu importanti li l-issues tal-persuni b’diżabilità ma jiġux segregati imma integrati għal riżultati dejjem aqwa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow