Left arrow Go Back

TMIEN AVUKATI ĠODDA JINGĦATAW IL-WARRANT

pr1959
Date Icon 11/11/2009

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici illum wara nofsinhar ippreżenta l-warrant lil tmien avukati ġodda wara li dawn lestew l-istudji tagħhom.

F’diskors qasir qabel iċ-ċerimonja, filwaqtli feraħ lill-avukati ġodda f’dan il-jum importanti fil-karriera tagħhom, il-Ministru Mifsud Bonnici qal illi l-Qorti li dawn ser jibdew jaħdmu fiha, hija bil-bosta differenti u aħjar minn dik li kien beda jaħdem fiha hu ftit wara li ggradwa bħala avukat. Hu irrefera għal bosta tibdiliet li seħħew fil-Qrati fl-aħħar snin u li taw diversi għodod ġodda lill-avukati u l-klijenti tagħhom – fosthom iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni, iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ, t-Tribunal Amministrattiv u t-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar. Huwa ħeġġeġ lill-avukati ġodda biex jużaw dawn l-għodod sabiex iżidu l-ħeffa li biha jinqdew mill-Qorti.
Il-Ministru qal ukoll li għalkemm in-numru ta’kawżi ġodda li jidħlu fil-Qrati tal-Ġustizzja baqa’ wieħed kostanti jew żdied, il-backlog u l-età medja tal-kawżi pendenti quddiem il-Qrati komplew jonqsu. Hu qal li skond l-aħħar statistika maħruġa mill-Qorti fl-aħħar ta’ Settembru, l-età ta’ 61% tal-kawżi hija taħt tliet snin. Huwa semma l-eżempju tal-Qorti Kostituzzjonali fejn mat-88% tal-kawżi pendenti, ilhom quddiemha anqas minn sena – jiġifieri żieda ta’ 66% fuq l-istess statistika tas-sena li għaddiet. Semma wkoll il-Qorti tal-Appelli Ċivili (Superjuri) fejn il-kawżi pendenti naqsu bi 11% meta mqabbel mas-sena l-oħra, kif ukoll għall-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn kien irreġistrat tnaqqis ta’ 4% fl-ammont ta’ kawżi pendenti.
“Dawn il-figuri juru li llum il-poplu jista’jersaq lejn il-Qorti mingħajr ma jaqta’ qalbu li ser idum ma jingħata l-ġustizzja li jkun qed ifittex. Il-Gvern ser ikompli jintroduċi sistemi u metodi ġodda sabiex il-kunċett li wieħed idum biex jinqeda mill-Qorti jitkisser darba għal dejjem,” temm jgħid il-Ministru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow