MEMBRI PARLAMENTARI JAPPREZZAW IL-FIERA TAL-KTIEB
pr1958
11/11/2009
| Membri Parlamentari miż-żewġ | naħat tal-Kamra baqgħu impressjonati bil-ħidma kbira li awturi, pubblikaturi u stamperiji qed iwettqu fil-produzzjoni tal-ktieb Malti. Ilkoll kellhom kelma ta’ apprezzament għar-rikkezza ta’ kotba li qed jiġu esebiti fil-Fiera tal-Ktieb Malti u appellaw lill-familji Maltin sabiex irabbu lil uliedhom imdawrin mill-kotba u fil-gost tal-qari. |
| Il-Membri Parlamentari, | flimkien mal-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Louis Galea, dalgħodu żaru l-Fiera tal-Ktieb Malti li qed tittella’ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-Membri kienu l-Onorevoli David Agius, Charlo Bonnici, Franco Debono, Beppe Fenech Adami, Philip Mifsud u Marlene Pullicino. Id-delegazzjoni ġiet milqugħa u mdawra fil-Fiera minn Dr. Ġorġ Mallia, President, u membri oħra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. |
| L-iSpeaker Louis Galea sostna | l-appoġġ tal-Parlament għall-inizjattivi li qed jitwettqu b’risq il-ktieb Malti sew jekk fl-ilsien Malti, kif ukoll f’ilsna oħra. Huwa qal li l-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hi essenzjali biex il-ktieb Malti u l-awturi Maltin u Għawdxin ikunu promossi u rikonoxxuti. |
| “Il-Parlament Malti lest | jissieħeb f’inizjattivi biex il-ktieb Malti u l-qari jinxterdu b’aktar ħeġġa u riżultati fost il-poplu Malti ta’ kull età. Il-poplu Malti għandu tassew għaliex ikun kburi li għandu poeti, rumanziera, drammaturgi u kittieba ta’ kull ġeneru li mhux biss tawna letteratura Maltija mill-isbaħ, iżda b’ħafna sagrifiċċji qed jibnu patrimonju tal-aqwa valur fil-qasam tal-kotba Maltin. L-appell tagħna hu li l-apprezzament nuruh b’ġest sempliċi iżda sinifikattiv billi nagħżlu li nagħtu kotba bħala rigal f’kull okkażjoni possibbli, speċjalment f’okkażjonijiet tat-tfal.” |
| Dr Ġorġ Mallia, il-President | tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, qal li l-Kunsill hu mpenjat li jsegwi kull riċerka li titfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni tal-qari f’Malta biex jifhem aktar x’jistgħu jkunu r-raġunijiet għal-livell mhux sodisfaċenti ta’ kultura ta’ qari. Dr Mallia saħaq li l-ktieb Malti llum il-ġurnata jħabbata ma’ l-aqwa kwalità li wieħed isib barra minn Malta. “Dan hu mertu ta’ Maltin li jissugraw flushom biex jippubblikaw, jistampaw u jimpurtaw kotba. Il-poplu Malti għandu tassew għax ikun grat u rikonoxxenti.” Dr Mallia irringrazzja lill-Parlamentari għall-interess u l-inkoraġġiment li wrew. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en