Left arrow Mur Lura

Il-Pubbliku mħeġġeġ biex jilqa’ kontra l-influenza staġjonali

pr1957
Date Icon 11/11/2009
Id-Diviżjonitas-Saħħa terġa’ tfakkar lill-pubbliku dwar it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali.
Din it-tilqimatingħata  mingħajr ħlas lil:

·       kull min għandu iżjed minn 55 sena

·       kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat ma’ l-immuno defiċjenza bħall-HIV jew l-AIDS

·       residenti kollha fl-Istituzzjonijiet. 

Fil-kaz ta’ persuni li għandhom eta’ inqas minn 55 sena, għandu jippreżenta jew il-kartuna s-safra jew ċertifikat mediku reċenti bħala evidenza ta’ mard kroniku.  

It-tilqima tal-influenza staġjonali hija importanti biex tipproteġi kontra l-influenza staġjonali specjalment f’persuni b’riskju ikbar għall-komplikazzjonijiet tal-influwenza.  

Huma wkoll rakkomandat li jittieħdu dawn il-prekawzjonijiet: 

  • Meta tagħtas u tisgħol għandek tgħatti ħalqek u mnieħrek b’tissue. Wara armi t-tissue.
  • Aħsel idejk spiss bl-ilma u s-sapun speċjalment wara li tagħtas u tisgħol.
  • Aħsel idejk qabel tmiss għajnejk, ħalqek jew imnieħrek.
  • Evita kemm jista’ jkun kuntatt ma’ nies li huma morda bl-influwenza.
  • Jekk inti għandek sintomi tal-influwenza, oqgħod id-dar u kemm jista’ jkun evita kuntatt man-nies.

Min hu intitolat ghat-tilqima b’xejn, jista’ jmur fic-Ċentri tas-Saħħa bejn l-10.30 a.m. u s-1.00 p.m., mit-Tnejn sal-Ġimgħa; u bejn l-10.00 a.m. u nofs inhar, is-Sibtijiet.  

Iċ-Ċentri tas-Saħħa jkunu wkoll miftuħa għat-tilqim bejn l-4.00 p.m. u  s-7.00 p.m. nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow