Ftuħ tal-25 edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb: Inċentivi fil-Budget għall-awturi u l-pubblikaturi Maltin
pr1956
11/11/2009
| Il-Gvern hu impenjat li jgħin | il-qasam kulturali, inkluż dak tal-kotba tant li fil-budget ta’ din is-sena tħabbru żewġ miżuri importanti fejn jidħlu l-kotba u l-pubblikazzjonijiet. Dawn huma n-nefqa ta’ €100,000 għal xiri ta’ kotba ġodda mil-Librerija Nazzjonali, li għandu jgħin lill-pubblikaturi; kif ukoll benefiċċju fiskali lill-kittieba Maltin biex isibuha aktar faċli li jippubblikaw ix-xogħlijiet letterarji tagħhom. |
| Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina meta l-bieraħ inawgurat il-25 edizzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Ministru qalet li din il-Fiera sena wara l-oħra, grazzi għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartimenti tal-Libreriji, qed dejjem tissaħħaħ u tikber. |
| Il-Fiera tal-Ktieb m’hix | fiera bħal ħafna oħrajn li jsiru matul is-sena. Hija okkażjoni unika li tfakkarna fil-ħażna kbira ta’ għerf li hawn madwarna; għerf li qed jistenniena ntawlu jdejna biex niksbuh. |
| Kull ktieb magħluq fuq l-ixkaffa għadu vuċi | siekta li qed issejħilna. Qiegħed hemm b’sabru jittama li nagħtuh l-opportunità li jiftħilna qalbu beraħ. |
| Il-Ministru qalet li din kienet sena li matulha | l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma qagħadx b’idu fuq żaqqu imma ħadem fuq diversi proġetti bħalma huma l-kampanji favur il-qari, il-fiera tal-ktieb Malti, l-esplorazzjoni kontinwa tal-possibiltajiet biex il-ktieb tagħna jasal barra minn Malta, il-website li taġġornana dwar kotba Maltin fis-suq, it-tmexxija tal-ISBN, il-festa tal-Jum Dinji tal-ktieb, is-sehem kontinwu fuq il-media biex tikber l-imħabba lejn il-qari, il-Konkors Letterarju ta’ kitba għaż-żgħażagħ fejn qed issir sforz qawwi biex tikber f’Malta l-letteratura għall-adolexxenti, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-inkoraġġiment kontinwu lis-suq Malti u lill-awturi u bosta ħidmiet oħra. |
| Il-Ministru Cristina stqarret li temmen | fil-potenzjal tal-ktieb daqs kemm temmen fil-ħila tal-poplu tagħna. Temmen fil-ktieb għax taf li fih hemm moħbija ċ-ċavetta ta’ kull progress. Il-ktieb jagħti viżjoni, jindika t-triq, jgħin fil-formazzjoni tal-opinjoni, juri minfejn wieħed telaq u fejn jixtieq jasal. Il-ktieb huwa l-boxxla tal-ġejjieni tagħna. |
| Wieħed għalhekk ma jistax ma jħarisx | b’sodisfazzjon lejn l-għadd kbir ta’ kotba, kemm bil-Malti kif ukoll b’ilsna oħra, li pajjiżna qiegħed jipproduċi. |
| Hi qalet li kull min iżur pajjiżna jibqa’ | mmeraviljat meta jintebaħ li minkejja ċ-ċokon tiegħu, pajjiżna jasal jipproduċi medja ta’ tliet kotba kull jumejn, ta’ kull ġeneru: kotba ta’ letteraura, ta’ riċerka, kotba għat-tfal, kotba ta’ divertiment daqskemm ta’ informazzjoni. U ma’ dan irridu nżidu wkoll l-għadd kbir ta’ kotba li nimpurtaw, għax pajjiżna minn dejjem kien miftuħ għal kulturi oħra, u forsi llum, aktar minn qatt qabel, qegħdin inħossu l-ħtieġa li nassorbu dak kollu li hu tajjeb u li bih il-kultura tagħna tistagħna. |
| Is-suċċess ta’ fieri oħra x’aktarx jitkejjel | minn kemm ikun sar xiri u bejgħ. Iżda s-suċċess tal-Fiera tal-Ktieb imur lil hinn minn dan. Dan is-suċċess ma jistax jitkejjel l-għada li jiżżarmaw l-ixkafef u jingħalqu l-bibien. Illum huwa żmien iż-żriegħ. Il-ħsad jagħmluh dawk ta’ warajna. Imma jekk il-ħsad ikun tajjeb, inkunu kburin li kellna sehemna fih, temmet tgħid il-Ministru Cristina. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en