Left arrow Go Back

GĦAL AMBJENT SOSTENIBBLI F’SAN ĠWANN

pr1953
Date Icon 10/11/2009
Il-mira tal-Kunsill Lokali hi lil-iskart separat ikun żdied b’ħames darbiet bejn l-2008 u l-2010
B’sens ta’ responsabilità lejnkomunità sostenibbli, l-Kunsill Lokali San Ġwann nieda l-istrateġija tiegħu għal ambjent sostenibbli. Dan  billi llum introduċa waħda minn diversi inizjattivi relatati mat-tnaqqis ta’ skart imħallat mil-lokalità tiegħu. Il-Kunsill Lokali qiegħed jingħaqad mal-GreenMT, kumpanija sussidjarja tal-GRTU, sabiex jegħleb dawn l-isfidi.

Waqt din l-attività, l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qal li l-Gvern qed jikkollabora mal-Kunsilli Lokali biex dawn jaħdmu dwar separazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart. Il-Gvern qiegħed jinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jarmu inqas skart fil-miżbla tal-Għallis u b’hekk jibqalhom iktar fondi minn dawk li jkun għaddielhom il-Gvern għar-rimi tal-iskart biex jintużaw fi proġetti ta’ tisbiħ fil-lokalità. Abbinata ma’ din hemm ukoll inizjattiva biex trebbaħ €60,000 fi premjijiet għal  l-aktar Kunsilli Lokali li jsebbħu l-ambjent tal-lokalità.

L-Onor. Chris Said irrimarka lil-budget għall-Kunsilli Lokali ra żieda oħra sostanzjali għax il-Gvern irid jgħaddi l-għodda neċessarja biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti. L-allokazzjoni wara li għas-sena 2009 kienet żdiedet minn €24 miljun għal €28 miljun (zieda ta' aktar minn 17%) issa din ser terġa’ tiżdied bi €3.5 miljun oħra biex b'hekk, f'sentejn ser ikun hemm zieda ta'  €7.5 miljun.
Għal din l-attivita’kien preżenti wkoll il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino li filwaqt li faħħar din l-inizjattiva, semma kif f’San Gwann din is-sena, permezz tal-iskema ’Irriċikla t-Tlieta’, qiegħed jinġabar aktar skart minn dak li nġabar tul is-sena l-oħra.
Huwa żied jgħid li l-lokalita’ta’ San Gwann għal dawn l-aħħar snin kellha biss 3 Bring in Sites meta suppost li kella 10, sabiex ir-residenti jkollhom bizzejjed faċilitajiet biex jisseparaw l-iskart. Issa permezz ta’ dan il-ftehim, din il-lokalita’ se tkun qed ittella’ l-ammont ta’ Bring in-sites għal 12. Din il-miżura flimkien mal-fatt li l-borża l-griża se tkun qed tinġabar minn wara l-bibien tar-residenti darbtejn fil-ġimgħa, se tgħin biex ikomplu jiżdiedu l-ammonti ta’ skart isseparat miġbur minn din il-lokalita’.
Fl-2008, San Ġwanniġġenera 7,200 tunellata ta’ skart li minnhom kienu biss 110 tunellati ta’ skart li ġie sseparat, jew 2.1 tunellati fil-ġimgħa. Sa Ottubru, 2009, kienu diġà nġabru 165 tunellati ta’ skart separat, jew 3.8 tunellati fil-ġimgħa, żieda sostanzjali ta’ 80% fuq is-sena ta’ qabel.
Filwaqt li l-Kunsill jemmen likull persuna għandha tagħmel l-aħjar biex tirriduċi, tirriċikla u tnaqqas l-iskart, jara li l-istrateġija tiegħu se twassal sabiex tintlaħaq il-mira li l-ammont ta’ skart separat fl-2010 tlaħħaq għal 556 tunellati, jew 10.7 tunellati fil-ġimgħa. Dan ikun ifisser li l-iskart separat minn San Ġwann ikun żdied b’ħames darbiet bejn l-2008 u l-2010.
F’din l-istrateġijajrid ikun hemm armonija bejn it-13,000 resident flimkien mat-360 stabbiliment kummerċjali, diversi uffiċini u l-eluf ta’ persuni li jżuru u jgħaddu mil-lokalità ta’ San Ġwann kuljum.
L-ewwel passi f’din id-direzzjonise jittieħdu permezz ta’ numru ta’ inizjattivi, fosthom li l-ammont ta’ skips jitla’ għal 25 mit-tlieta li hemm bħalissa b’effett immedjat. Darbtejn fil-ġimgħa se jibda jinġabar l-iskart separat bieb bieb minn Jannar 2010, minflok id-darba kif inhi s-sistema preżenti. L-iskart imħallat se jibda jinġabar erba’ darbiet fil-ġimgħa minn Frar 2010 minflok sitt darbiet  f’parti mil-lokalità u bil-kumplament minn skips ta’ skart imħallat.
Se ssir kampanjaedukattiva u informattiva intensiva sabiex ikun hemm għarfien mir-residenti tal-viżjoni tal-Kunsill, permess ta’ materjal stampat u żjarat fid-djar u l-istabilimenti kummerċjali. Aktar ‘il quddiem se jitħabbru skemi oħra bejn il-Kunsill Lokali u l-GreenMT li jinkludi l-ġbir ta’ skart goff u skart separat mill-entitajiet kummerċjali kif ukoll uffiċini
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow