Left arrow Mur Lura

Tqassim ta’ ktejjeb għat-tfal dwar l-attivita' fiżika

pr1952
Date Icon 10/11/2009

Introduzzjoni:

Studji fost it-tfalurew li f’Malta għandna problema serja ta’ obesità u problema oħra li hemm tfal li jbatu bl-istress.  Dwar l-obezità, l-aħħar studju tal-Health Behaviour in  School-Aged Children (HBSC) li sar fl-2006 kompla juri li 30% tas-subien u 25% tal-bniet li kellhom 11-il sena għandhom piz żejjed jew għandhom obesità. Din ir-riċerka kienet saret f’41 pajjiż fl-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq.
L-istess studjutal-HBSC wera wkoll li f’Malta hawn 43% tal-bniet ta’ 11-il sena li jħossu stress minħabba l-iskola. Din hija l-ogħla rata (daqs tal-Amerika) fost it-tfal tal-pajjiżi kollha fejn saret ir-riċerka. Fis-subien ir-rata hija inqas (30%) izda xorta waħda hija sinifikanti meta mqabbla mal-medja tal-pajjiżi kollha li hi ta’ madwar 27% fil-bniet u 24% fis-subien. U jekk minn età daqsekk żgħira, it-tfal diġà qegħdin iħossu l-effetti tal-istress, dan jista’ jwassal biex fil-futur jiżviluppaw mard mentali iktar serju.
Illum minnstudji xjentifiċi li saru, nafu li minn ta’ l-inqas 60 minuta ta’ attività fiżika kuljum fit-tfal (li tista’ titqassam f’intervalli żgħar matul il-ġurnata) għandha rwol importanti fil-kontroll tal-obesità u l-istress.
Hemm diversi modikif it-tfal jistgħu jżidu l-attività fil-ġurnata.  Is-sistema edukattiva tagħna tista’ tkun mezz biex nindirizzaw parti sostanzjali tan-nuqqas ta’ eżerċizzju li qegħdin jagħmlu t-tfal Maltin. Għalkemm mhux f’kull skola hemm gymnasiums, u grounds kbar, żgur mhux forsi, li f’kull skola hemm xi bitħa mdaqqsa biex it-tfal jilagħbu u probabbli xi sala wkoll għal meta tagħmel ix-xita.
Blalen,hula-hoops, ħbula tal-qbiż, jew xi ġirja wara xulxin, u dak kollu immaġinabbli bi ftit affarijiet sempliċi, jista’ jkun ta’ gost u tant benifiċċju għat-tfal. Hemm ukoll il-lezzjonijiet tal-Physical Education (PE) li jgħinu biex iżidu l-attività fiżika.
Il-ġenituri u kullmin qed jieħu ħsieb it-tfal għandhom ukoll rwol importanti x’joffru. Fil-ħin ta’ wara l-iskola, fil-weekends, u waqt il-vaganzi, hemm bżonn li l-ġenituri jerfgħu l-komplament tar-responsabbiltà billi jħallu aktar ħin għall-attività fiżika.
Kull forma ta’attività fiżika, inkluż l-isport għandha tkun sors ta’ pjaċir għat-tfal u mezz ta’ kif it-tfal jistrieħu mill-problemi u l-istrapazz tal-istudju.
L-għan tal-ktejjebgħat-tfal bl-isem, “Let’s Get Active – Let’s Have Fun”
Dan il-ktejjeb mimlistampi fuq stil comic li għadu kif ġie ppublikat fuq karti rriċiklati, ser jitqassam f’diversi skejjel primarji tal-istat, tal-Knisja u dawk privati wkoll.
L-għan ewlieni ta’dan il-ktejjeb hu biex nuru lit-tfal li jkunu waslu fl-aħħar sentejn tal-primarja, kemm huwa verament faċli li wieħed ikun attiv kuljum u jibża’ għal saħħtu biex b’hekk meta dawn it-tfal isiru adulti, kemm jista’ jkun, jipprevienu mard taz-zokkor, tal-qalb, kanċer, dipressjoni u mard ieħor relatat ma’ ħxuna żejda.
L-istorja ta’ danil-ktejjeb tiffoka fuq żewġ karattri li huma aħwa, bl-isem ta’ Michael u Jessica. L-istil ta’ ħajja li huma għażlu bl-għajnuna tal-ġenituri u qraba tagħhom hi maħsuba biex tgħin lill-ġenituri u l-għalliema biex jiggwidaw lit-tfal biex jagħmlu l-aħjar deċizjonijiet għal ħajjithom.
Għal aktarinformazzjoni u għal kopji ta’ dan il-comic ġdid, wieħed jista’ jċempel lid-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 2326 6000.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow