Mixja fil-Kampanja Għawdxija
pr1950
09/11/2009
| Bħala parti mill-inizjattiva tal-gvern biex | jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika, il-Ministeru għal Għawdex permezz tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa f’Għawdex u l-Assoċjazzjoni Ramblers qed jorganizza mixja bit-tema: Il-Kampanja u ż-żona madwar in-Nadur, nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru. |
| Din il-mixja se ssir f’żona partikolari madwar | in-Nadur, li normalment mhix aċċessibli għall-pubbliku. Dawk li ser jattendu mitluba jiltaqgħu fl-iskola Primarja tan-Nadur fis-1.00 p.m., fejn l-ewwel ser issir introduzzjoni mis-Sur Lino Bugeja u mis-Sur Alex Vella, membri attivi fl-Assoċjazzjoni Ramblers u wara t-tabib Mario Saliba jiggwida l-mixja. Għal din l-attività, li mistennija tieħu madwar sagħtejn, wieħed għandu jilbes ilbies addattat għall-mixi. |
| Din l-attività tenfasizza wkoll fuq l-importanza | ta’ l-eżerċizzju fiżiku u ikel tajjeb għas-saħħa għal kwalità ta’ ħajja aħjar. B’hekk minbarra li tkun opportunità tajba biex wieħed jiskopri l-kampanja Għawdxija f’dan iż-żmien tas-sena, tkun ukoll ta’ motivazzjoni għal attività fiżika. |
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 21633126 / 21313926 / 21554828 jew iżur il-website: www.eco-gozo.com.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en