Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern f’Berlin għall-20 anniversarju mill-waqa’ tal-Ħajt
pr1949
09/11/2009
| Il-Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici bħalissa jinsab fil-belt kapitali tal-Ġermanja, Berlin, sabiex jirrappreżenta lill-Gvern Malti f’ċerimonja uffiċjali biex jitfakkar l-għoxrin anniversarju mill-waqa’ tal-Ħajt ta’ Berlin fid-9 ta’ Novembru 1989. |
| Huwa jinsab | akkumpanjat mill-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru, is-Sur Thomas Cordina. |
| Qabel it-tluq | tiegħu minn Malta dal-għodu, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li “qabel il-waqa’ tal-ħajt li kien jaqsamha, Berlin kienet tirrappreżenta l-firda fl-Ewropa, id-dwejjaq u d-dittatorjat tal-komuniżmu u t-theddida tal-gwerra nukleari. Il-waqa’ tal-Ħajt ta’ Berlin kien it-tmiem ta’ dan kollu, u jien onorat li ser inkun qed nirrappreżenta lill-poplu Malti f’din iċ-ċelebrazzjoni importanti.” |
| Il-Ministru | Mifsud Bonnici jasal lura Malta għada wara nofsinhar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en