Studenti mill-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi jagħmlu żjara kulturali f’Għawdex
pr1948
09/11/2009
| Madwar 50 student Malti u barrani li din is-sena | qed isegwu korsijiet fid-diplomazija fl-Università ta’ Malta u li huma parti mill-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi (il-MEDAC), din il-ġimgħa għamlu żjara kulturali fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Matul iż-żjara tagħhom, dawn l-istudenti ltaqgħu | mal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Meta ndirizzat lil dawn l-istudenti, hija fissret l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex fir-rigward ta’ l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-gżira, kif ukoll spjegat ir-rwol tal-Ministeru u l-isfidi partikolari ppreżentati fil-qasam ta’ l-impjiegi. |
| Il-Ministru Giovanna Debono tat ħjiel ta’ dak li | ser ikun il-qofol tal-ħidma tal-Ministeru fil-konfront tal-viżjoni Eko-Għawdex u x’ser ifisser dan għal gżira Għawdxija. Hija awgurat lil dawn l-istudenti li qed jaspiraw li jaħdmu f’oqsma diplomatiċi madwar id-dinja, filwaqt li esprimiet it-tama tagħha li ż-żjara li għamlu f’Għawdex tkun għalihom esperjenza pożittiva. |
| Minbarra l-istudenti Maltin u Għawdxin li | ltaqgħu mal-Ministru Debono, kien hemm studenti ġejjin mil-Libja, Tuniżija, Eġittu, Albanija, Maċedonja, Ażerbaijan, Georgia, it-Turkija, Tanzania, Ċina, Repubblika Ċeka, Islanda, ir-Renju Unit, ir-Rumanija, ir-Russja u s-Slovenja. |
| L-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi | (MEDAC) hija istituzzjoni għal tagħlim avvanzat li joffri korsijiet fid-diplomazija b’enfasi fuq temi Mediterranji. Il-programm jikkonsisti f’korsijiet fil-Liġi Internazzjonali, fl-Ekonomija Internazzjonali, fir-Relazzjonijiet Internazzjonali, fl-Istorja Diplomatika u fil-prattika tad-diplomazija. |
| Din l-akkademja tinghata għajnuna finanzjarja | minn diversi pajjiżi, mhux biss Ewropej iżda minn madwar id-dinja fosthom l-Iżvizzera. Barra minn hekk, minn żmien għall-ieħor l-istudenti jiġu ndirizzati minn kelliema distinti. Dan l-aħħar l-Ammiral tan-NATO Giampaolo di Paola u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, Amr Moussa kienu fost dawk li ndirizzaw lil dawn l-istudenti. Il-President Emeritus Guido De Marco jindirizza lill-istudenti darba f’ġimgħa. |
| Għall-aħħar ta’ din is-sena, il-MEDAC se | torganizza konferenza internazzjonali ta’ ġurnata f’Malta li se tfakkar l-20 anniversarju ta’ din l-akkademja, bit-tema tiffoka fuq it-tmiem tal-gwerra bierda u l-Mediterran. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en