Left arrow Go Back

Studenti mill-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi jagħmlu żjara kulturali f’Għawdex

pr1948
Date Icon 09/11/2009
Madwar 50 student Malti u barrani li din is-senaqed isegwu korsijiet fid-diplomazija fl-Università ta’ Malta u li huma parti mill-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi (il-MEDAC), din il-ġimgħa għamlu żjara kulturali fil-gżira ta’ Għawdex.
Matul iż-żjara tagħhom, dawn l-istudenti ltaqgħumal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono.  Meta ndirizzat lil dawn l-istudenti, hija fissret l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex fir-rigward ta’ l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-gżira, kif ukoll spjegat ir-rwol  tal-Ministeru u l-isfidi partikolari ppreżentati fil-qasam ta’ l-impjiegi.
Il-Ministru Giovanna Debono tat ħjiel ta’ dak liser ikun il-qofol tal-ħidma tal-Ministeru fil-konfront tal-viżjoni Eko-Għawdex u x’ser ifisser dan għal gżira Għawdxija. Hija awgurat lil dawn l-istudenti li qed jaspiraw li jaħdmu f’oqsma diplomatiċi madwar id-dinja, filwaqt li esprimiet it-tama tagħha li ż-żjara li għamlu f’Għawdex tkun għalihom esperjenza pożittiva.
Minbarra l-istudenti Maltin u Għawdxin liltaqgħu mal-Ministru Debono, kien hemm studenti ġejjin mil-Libja, Tuniżija, Eġittu, Albanija, Maċedonja, Ażerbaijan, Georgia, it-Turkija, Tanzania, Ċina, Repubblika Ċeka, Islanda, ir-Renju Unit, ir-Rumanija, ir-Russja u s-Slovenja.
L-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi(MEDAC) hija istituzzjoni għal tagħlim avvanzat li joffri korsijiet fid-diplomazija b’enfasi fuq temi Mediterranji. Il-programm jikkonsisti f’korsijiet fil-Liġi Internazzjonali, fl-Ekonomija Internazzjonali, fir-Relazzjonijiet Internazzjonali, fl-Istorja Diplomatika u fil-prattika tad-diplomazija.
Din l-akkademja tinghata għajnuna finanzjarjaminn diversi pajjiżi, mhux biss Ewropej iżda minn madwar id-dinja fosthom l-Iżvizzera. Barra minn hekk, minn żmien għall-ieħor l-istudenti jiġu ndirizzati minn kelliema distinti. Dan l-aħħar l-Ammiral tan-NATO Giampaolo di Paola u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, Amr Moussa kienu fost dawk li ndirizzaw lil dawn l-istudenti. Il-President Emeritus Guido De Marco jindirizza lill-istudenti darba f’ġimgħa.
Għall-aħħar ta’ din is-sena, il-MEDAC setorganizza konferenza internazzjonali ta’ ġurnata f’Malta li se tfakkar l-20 anniversarju ta’ din l-akkademja, bit-tema tiffoka fuq it-tmiem tal-gwerra bierda u l-Mediterran.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow